|
+Artikolu 5a 10. |
Artikolu 5a 10.Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 9 għandha tinkludi:
(a)
l-evoluzzjoni tal-ispejjeż bl-ingrossa relatati mal-forniment ta’ komunikazzjonijiet intra-UE;
(b)
l-evoluzzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq għall-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u x-xejra tal-prezzijiet bl-imnut tal-komunikazzjonijiet intra-UE fl-Istati Membri differenti;
(c)
l-evoluzzjoni tal-preferenzi tal-konsumaturi u l-għażla ta’ offerti speċjali u pakketti mhux imposti fuq il-bażi tal-konsum reali tal-komunikazzjonijiet intra-UE;
(d)
l-impatt possibbli fuq is-swieq nazzjonali għall-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u b’mod partikolari fuq il-prezzijiet bl-imnut imposti fuq il-konsumaturi b’mod ġenerali, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż tal-forniment ta’ komunikazzjonijiet intra-UE, u l-impatt potenzjali tal-miżuri fuq id-dħul għall-fornituri u, jekk possibbli, il-kapaċità ta’ investiment tal-fornituri, b’mod partikolari bil-ħsieb tal-introduzzjoni futura ta’ networks f’konformità mal-miri għall-konnettività stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 fejn l-imposti addizzjonali għall-komunikazzjonijiet intra-UE ma jkunux diġà ġew applikati;
(e)
il-firxa tal-użu, id-disponibbiltà u l-kompetittività tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri jew kwalunkwe alternattiva għall-komunikazzjonijiet intra-UE;
(f)
l-evoluzzjoni tal-pjanijiet tariffarji fir-rigward tal-komunikazzjonijiet intra-UE, u b’mod partikolari, il-punt sa fejn l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fil-paragrafu 8 pproduċiet riżultati fid-direzzjoni tal-eliminazzjoni tad-differenzi fil-prezzijiet bl-imnut għall-konsumaturi bejn komunikazzjonijiet domestiċi u dawk intra-UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|