+Artikolu 13 Teħid tal-kampjuni u analiżi
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4

Artikolu 13 Teħid tal-kampjuni u analiżi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiċċekkjaw permezz ta' teħid tal-kampjuni li l-kontenut ta' kubrit fil-karburanti użati jkun konformi mal-Artikoli 3 sa 7. It-teħid tal-kampjuni għandu jibda fid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-limitu rilevanti għall-kontenut massimu ta' kubrit fil-karburant. Dan għandu jsir perjodikament b'suffiċjenza ta' frekwenza u kwantitajiet b'mod li l-kampjuni u l-kwantitajiet ikunu rappreżentattivi tal-karburant eżaminat, u fil-każ ta' karburant għal użu marittimu, tal-karburant li jkun qiegħed jintuża mill-bastimenti waqt li jkunu f'żoni tal-baħar jew f'portijiet rilevanti. Il-kampjuni għandhom jiġu analizzati mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 13 2

2.   Għandhom jintużaw il-mezzi li ġejjin ta' teħid tal-kampjuni, analiżi u ispezzjoni ta' karburant għal użu marittimu:

(a)

l-ispezzjoni tar-reġistri li jinżammu abbord il-vapuri u n-noti ta' kunsinna tal-bunker; u

(b)

kif ikun xieraq, il-mezzi li ġejjin ta' teħid ta' kampjuni u ta' analiżi:

(i)

it-teħid ta' kampjuni tal-karburant għal użu marittimu għal kombustjoni abbord waqt li jkun qed jiġi kkonsenjat lill-vapuri, skont il-Linji gwida għat-teħid ta' kampjuni ta' żejt karburant sabiex tiġi ddeterminata l-konformità tiegħu mal-Anness VI rivedut tal-MARPOL, adottat fis-17 ta' Lulju 2009 permezz tar-Riżoluzzjoni 182(59) tal-Kumitat għal-Protezzjoni tal-Ambjent Marittimu (MEPC) tal-IMO, u analiżi tal-kontenut ta' kubrit tiegħu, jew

(ii)

it-teħid ta' kampjuni u analiżi tal-kontenut ta' kubrit ta' karburant għal użu marittimu għall-kombustjoni abbord li jkun jinsab f'tankijiet, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, u f'kampjuni tal-bunker issiġillati abbord il-vapuri.

Artikolu 13 3

3.   Il-metodu ta' referenza adottat sabiex jiġi stabbilit il-kontenut ta' kubrit għandu jkun il-metodu ISO 8754 (2003) jew EN ISO 14596:2007.

Sabiex jiġi stabbilit jekk il-karburant għal użu marittimu ikkonsenjat lill-vapuri u użat abbord il-vapuri huwiex konformi mal-limiti ta' kubrit meħtieġa skont l-Artikoli 4 sa 7 għandha tintuża l-proċedura ta' verifika tal-karburant stipulata fl-Appendiċi VI tal-Anness VI tal-MARPOL.

Artikolu 13 4

4.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni fir-rigward ta':

(a)

il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni;

(b)

il-metodi ta' teħid tal-kampjuni;

(c)

id-definizzjoni ta' kampjun rappreżentattiv tal-karburant eżaminat.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0802
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.