+Artikolu 13g Formazzjoni online tal-kumpaniji
---+Artikolu 13g 1.
---+Artikolu 13g 2.
---+Artikolu 13g 3.
---+Artikolu 13g 4.
---+Artikolu 13g 5.
---+Artikolu 13g 6.
---+Artikolu 13g 7.
---+Artikolu 13g 8.
|
Artikolu 13g Formazzjoni online tal-kumpaniji
Formazzjoni online tal-kumpaniji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13g 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-formazzjoni online tal-kumpaniji tista’ ssir kompletament online mingħajr il-bżonn li l-applikanti jidhru fiżikament quddiem kwalunkwe awtorità jew persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittrattaw kwalunkwe aspett tal-formazzjoni online tal-kumpaniji, fosthom it-tfassil tal-istrument tal-kostituzzjoni ta’ kumpanija, suġġett għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13b(4) u l-paragrafu (8) ta’ dan l-Artikolu. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jipprovdux għal proċeduri ta’ formazzjoni online għal tipi ta’ kumpaniji apparti dawk elenkati fl-Anness IIA.
|
|
Artikolu 13g 2.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dettaljati għall-formazzjoni online tal-kumpaniji, inkluż regoli dwar l-użu ta’ mudelli kif imsemmi fl-Artikolu 13h, u dwar id-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa għall-formazzjoni ta’ kumpanija. Bħala parti minn dawk ir-regoli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali formazzjoni online tista’ ssir permezz tal-preżentazzjoni ta’ dokumenti jew informazzjoni f'forma elettronika, inkluż kopji elettroniċi tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 16a(4).
|
|
Artikolu 13g 3.
|
Ir-regoli, imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom jipprevedu tal-inqas dan li ġej:
(a)
il-proċeduri biex tiġi żgurata li l-applikanti għandhom il-kapaċità ġuridika neċessarja u għandhom l-awtorità li jirrappreżentaw il-kumpanija;
(b)
il-mezzi għall-verifika tal-identità tal-applikanti f'konformità mal-Artikolu 13b;
(c)
ir-rekwiżiti li l-applikanti jużaw is-servizzi fiduċjarji msemmija fir-Regolament (UE) Nru 910/2014;
(d)
il-proċeduri li jivverifikaw il-legalità tal-għan tal-kumpanija safejn verifiki bħal dawn ikunu previsti mil-liġi nazzjonali;
(e)
il-proċeduri li jivverifikaw il-legalità tal-isem tal-kumpanija safejn verifiki bħal dawn ikunu previsti mil-liġi nazzjonali;
(f)
il-proċeduri li jivverifikaw il-ħatra tad-diretturi.
|
|
Artikolu 13g 4.
|
Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu, b'mod partikolari, jipprevedu wkoll dan li ġej:
(a)
il-proċeduri li jiżguraw il-legalità tal-istrumenti tal-kostituzzjoni tal-kumpanija, inkluż il-verifika tal-użu korrett tal-mudelli;
(b)
il-konsegwenzi ta’ skwalifika ta’ direttur mill-awtorità kompetenti fi kwalunkwe Stat Membru;
(c)
ir-rwol ta’ nutar jew ta’ kwalunkwe persuna jew korp ieħor responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittratta kwalunkwe aspett tal-proċess ta’ formazzjoni online ta’ kumpanija;
(d)
l-esklużjoni ta’ formazzjoni online f'każijiet fejn il-kapital tal-ishma tal-kumpanija jitħallas b'kontribuzzjonijiet in natura.
|
|
Artikolu 13g 5.
|
L-Istati Membri m'għadhomx jagħmlu l-formazzjoni online ta’ kumpanija kundizzjonali fuq il-kisba ta’ kwalunkwe liċenzja jew awtorizzazzjoni qabel tiġi rreġistrata l-kumpanija, sakemm taħt kundizzjoni ma tkunx indispensabbli għas-sorveljanza xierqa stabbilita fil-liġi nazzjonali ta’ ċerti attivitajiet.
|
|
Artikolu 13g 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-pagament ta’ kapital tal-ishma jkun meħtieġ bħala parti mill-proċedura għall-formazzjoni ta’ kumpanija, tali pagament jista’ jsir online, f'konformità mal-Artikolu 13e, lil kont bankarju ta’ bank li jopera fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li prova ta’ pagamenti bħal dawn tista’ tiġi pprovduta online ukoll.
|
|
Artikolu 13g 7.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-formazzjoni online titlesta fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, fejn il-kumpanija hija ffurmata esklużivament minn persuni fiżiċi li jużaw il-mudelli msemmija fl-Artikolu 13h, jew fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol f'każijiet oħra, mill-aktar waħda tard minn dawn li ġejjin:
(a)
id-data tat-tlestija għalkollox tal-formalitajiet kollh meħtieġa għall-formazzjoni online, inkluża l-wasla tad-dokumenti u l-informazzjoni kollha li jikkonformaw mal-liġi nazzjonali, għand awtorità jew persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittrattaw kwalunkwe aspett tal-formazzjoni ta’ kumpanija;
(b)
id-data tal-pagament ta’ tariffa ta’ reġistrazzjoni, il-pagament fi flus kontanti għall-kapital tal-ishma, jew il-pagament għall-kapital tal-ishma se jsir b'kontribuzzjoni in natura, kif previst taħt il-liġi nazzjonali.
Fejn mhux possibbli li l-proċedura titlesta għalkollox sal-iskadenzi msemmija f'dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jiġi mgħarraf dwar ir-raġunijiet għad-dewmien.
|
|
Artikolu 13g 8.
|
Fejn ġustifikat għal raġunijiet ta’ interess pubbliku, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli dwar il-kapaċità ġuridika u dwar l-awtorità tal-applikanti biex jirrappreżentaw kumpanija, kwalunkwe awtorità jew kwalunkwe persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittrattaw kwalunkwe aspett tal-formazzjoni online ta’ kumpanija, inkluż it-tfassil tal-istrument tal-kostituzzjoni, jistgħu jitolbu l-preżenza fiżika tal-applikant. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f'dan it-tip ta’ każijiet, il-preżenza fiżika ta’ applikant tista’ tiġi meħtieġa bissabbażi ta’ każ b'każ fejn hemm raġunijiet biex tiġi suspettata nuqqas ta’ konformità mar-regoli msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe pass ieħor tal-proċedura xorta jkun jista’ madankollu jitlesta online.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|