|
+Artikolu 14 Dokumenti u dettalji li jridu jiġu żvelati mill-kumpaniji |
Artikolu 14 Dokumenti u dettalji li jridu jiġu żvelati mill-kumpanijiArtikolu 14 Dokumenti u dettalji li jridu jiġu żvelati mill-kumpaniji L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jkun hemm l-obbligu ta' żvelar minn kumpaniji tal-inqas tad-dokumenti u d-dettalji li ġejjin:
(a)
id-dokument ta' kostituzzjoni, u l-istatuti jekk huma jinsabu f'dokument separat;
(b)
kull emenda għad-dokumenti msemmija fil-punt (a), inkluża kull estensjoni ta' kemm ilha mwaqqfa l-kumpanija;
(c)
wara kull emenda tad-dokument ta' kostituzzjoni jew tal-istatuti, it-test komplet tad-dokument jew statuti kif emendati sa dak il-jum;
(d)
il-ħatra, it-tmiem ta' kariga u d-dettalji tal-persuni li sew bħala korp kostitwit skont liġi jew bħala membri ta' kull korp bħal dak:
(i)
huma awtorizzati li jirrappreżentaw il-kumpanija fit-trattattivi ma' terzi u fi proċedimenti legali; l-iżvelar għandu jindika b'mod ċar jekk il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentaw il-kumpanija jistgħux jaġixxu waħedhom jew jekk għandhomx jaġixxu konġuntement;
(ii)
jieħdu parti fl-amministrazzjoni, sorveljanza jew kontroll tal-kumpanija.
(e)
għallinqas darba fis-sena, l-ammont tal-kapital sottoskritt, fejn d-dokument ta' kostituzzjoni jew l-istatuti jsemmu kapital awtorizzat, sakemm kwalunke żieda fil-kapital sottoskritt ma tkunx teħtieġ emenda tal-istatuti;
(f)
(g)
kull trasferiment tal-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija;
(h)
l-istralċ tal-kumpanija;
(i)
kull dikjarazzjoni ta' nullità tal-kumpanija mill-qrati;
(j)
il-ħatra ta' stralċjarji, id-dettalji tagħhom, u s-setgħat rispettivi tagħhom, sakemm dawk is-setgħat ma jkunux espressament u esklussivament meħuda minn liġi jew mill-istatuti tal-kumpanija;
(k)
kwalunkwe terminazzjoni tal-istralċ u, fi Stati Membri fejn it-tħassir mir-reġistru jinvolvi konsegwenzi legali, il-fatt li dak it-tħassir ikun sar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|