+Artikolu 23 Żvilupp u operat tal-pjattaforma
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
|
Artikolu 23 Żvilupp u operat tal-pjattaforma
Żvilupp u operat tal-pjattaforma
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tiżviluppa u/jew topera l-pjattaforma bil-mezzi tagħha stess jew permezz ta' terzi. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tiżviluppa u/jew topera pjattaforma permezz ta' terza, l-għażla tal-parti terza u l-infurzar min-naħa tal-Kummissjoni tal-ftehim konkluż mal-parti terza għandhom isiru skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
|
|
Artikolu 23 2.
|
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tiżviluppa l-pjattaforma permezz ta' terzi, hija għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-proċedura ta' akkwist pubbliku u t-tul ta' żmien tal-ftehim li għandu jiġi konkluż ma' dik il-parti terza.
|
|
Artikolu 23 3.
|
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li topera l-pjattaforma permezz ta' terzi, hija għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli dettaljati dwar il-ġestjoni operattiva tal-pjattaforma. Il-ġestjoni operattiva tal-pjattaforma għandha tinkludi, b'mod partikolari:
—
is-sorveljanza tal-funzjonament tal-pjattaforma,
—
is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data mqassma u skambjata bl-użu tal-pjattaforma,
—
il-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet bejn ir-reġistri tal-Istati Membri u l-partijiet terzi.
Is-sorveljanza tal-funzjonament tal-pjattaforma titwettaq mill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 23 4.
|
L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 164(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L1132
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|