+Artikolu 14 Traċċabbiltà
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
|
Artikolu 14 Traċċabbiltà
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
L-operaturi ta' faċilitajiet li jwettqu l-ħżin temporanju tal-iskart tal-merkurju għandhom jistabbilixxu reġistru li jkun jinkludi dan li ġej:
(a)
għal kull kunsinna ta' skart tal-merkurju li jirċievu:
(i)
l-oriġini u l-ammont ta' skart ta' dak il-merkurju;
(ii)
l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur u tas-sid ta' dak l-iskart;
(b)
għal kull kunsinna ta' skart tal-merkurju solidifikat li jitlaq mill-faċilità:
(i)
l-ammont ta' dak l-iskart u l-kontenut ta' merkurju tiegħu;
(ii)
id-destinazzjoni u l-operazzjoni ta' rimi ntiżi ta' dak l-iskart;
(iii)
kopja taċ-ċertifikat ipprovvdut mill-operatur tal-faċilità li jwettaq il-konverżjoni u, jekk applikabbli, is-solidifikazzjoni ta' dak l-iskart, kif imsemmi fil-paragrafu 2;
(iv)
kopja taċ-ċertifikat ipprovvdut mill-operatur tal-faċilità li jwettaq il-ħżin permanenti tal-iskart tal-merkurju li jkun ġie konvertit u, jekk applikabbli, solidifikat, kif imsemmi fil-paragrafu 3;
(c)
l-ammont ta' skart tal-merkurju maħżun fil-faċilità fi tmiem kull xahar.
L-operaturi ta' faċilitajiet li jwettqu l-ħżin temporanju tal-iskart tal-merkurju għandhom, malli l-iskart tal-merkurju jinħareġ minn fejn ikun inħażen temporanjament, joħorġu ċertifikat li jikkonferma li l-iskart tal-merkurju jkun intbagħat f'faċilità li twettaq operazzjonijiet ta' rimi koperti minn dan l-Artikolu. Ladarba jkun inħareġ iċ-ċertifikat kif imsemmi fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, kopja tiegħu għandha tintbagħat mingħajr dewmien lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati msemmija fl-Artikolu 12.
|
|
Artikolu 14 2.
|
L-operaturi ta' faċilitajiet li jwettqu l-konverżjoni u, jekk applikabbli, is-solidifikazzjoni tal-iskart tal-merkurju għandhom jistabbilixxu reġistru li jkun jinkludi dan li ġej:
(a)
għal kull kunsinna ta' skart tal-merkurju li jirċievu:
(i)
l-oriġini u l-ammont ta' ta' dak l-iskart;
(ii)
l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur u tas-sid ta' dak l-iskart;
(b)
għal kull kunsinna ta' skart tal-merkurju li jkun ġie konvertit u, jekk applikabbli, solidifikat, li jitlaq mill-faċilità:
(i)
l-ammont ta' dak l-iskart, u l-kontenut ta' merkurju tiegħu;
(ii)
id-destinazzjoni u l-operazzjoni ta' rimi ntiżi għal dak l-iskart;
(iii)
kopja taċ-ċertifikat ipprovvdut mill-operatur tal-faċilità li jwettaq il-ħżin permanenti ta' dak l-iskart kif imsemmi fil-paragrafu 3;
(c)
l-ammont ta' skart tal-merkurju maħżun fil-faċillità fi tmiem kull xahar.
L-operaturi ta' faċilitajiet li jikkonvertu u, jekk applikabbli, jissolidifikaw l-iskart tal-merkurju għandhom, hekk kif titlesta l-operazzjoni ta' konverżjoni jew, jekk applikabbli, ta' solidifikazzjoni tal-iskart tal-merkurju, joħorġu ċertifikat li jikkonferma li l-kunsinna kollha tal-iskart tal-merkurju tkun ġiet konvertita u, jekk applikabbli, solidifikata. Ladarba jkun inħareġ iċ-ċertifikat kif imsemmi fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, kopja tiegħu għandha tintbagħat mingħajr dewmien lill-operaturi tal-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati msemmija fl-Artikolu 12.
|
|
Artikolu 14 3.
|
Malli titlesta l-operazzjoni ta' rimi tal-kunsinna kollha, l-operaturi tal-faċilitajiet li jwettqu l-ħżin permanenti tal-iskart tal-merkurju li jkun ġie konvertit u, jekk applikabbli, solidifikat, għandhom joħorġu ċertifikat li jikkonferma li l-kunsinna kollha ta' skart tal-merkurju li tkun ġiet konvertita u, jekk applikabbli, solidifikata, tkun tqiegħdet f'faċilità ta' ħżin permanenti f'konformità mad-Direttiva 1999/31/KE, u li jinkludi informazzjoni dwar il-post tal-ħżin. Ladarba jkun inħareġ iċ-ċertifikat kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, kopja tiegħu għandha tintbagħat mingħajr dewmien lill-operaturi tal-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu kif ukoll lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati msemmija fl-Artikolu 12.
|
|
Artikolu 14 4.
|
Sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-operaturi tal-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jibagħtu r-reġistru għas-sena kalendarja ta' qabel lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom kull sena jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull reġistru mibgħut lilhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0852
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|