|
+Artikolu 14 2. |
Artikolu 14 2.L-operaturi ta' faċilitajiet li jwettqu l-konverżjoni u, jekk applikabbli, is-solidifikazzjoni tal-iskart tal-merkurju għandhom jistabbilixxu reġistru li jkun jinkludi dan li ġej:
(a)
għal kull kunsinna ta' skart tal-merkurju li jirċievu:
(i)
l-oriġini u l-ammont ta' ta' dak l-iskart;
(ii)
l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur u tas-sid ta' dak l-iskart;
(b)
għal kull kunsinna ta' skart tal-merkurju li jkun ġie konvertit u, jekk applikabbli, solidifikat, li jitlaq mill-faċilità:
(i)
l-ammont ta' dak l-iskart, u l-kontenut ta' merkurju tiegħu;
(ii)
id-destinazzjoni u l-operazzjoni ta' rimi ntiżi għal dak l-iskart;
(iii)
kopja taċ-ċertifikat ipprovvdut mill-operatur tal-faċilità li jwettaq il-ħżin permanenti ta' dak l-iskart kif imsemmi fil-paragrafu 3;
(c)
l-ammont ta' skart tal-merkurju maħżun fil-faċillità fi tmiem kull xahar. L-operaturi ta' faċilitajiet li jikkonvertu u, jekk applikabbli, jissolidifikaw l-iskart tal-merkurju għandhom, hekk kif titlesta l-operazzjoni ta' konverżjoni jew, jekk applikabbli, ta' solidifikazzjoni tal-iskart tal-merkurju, joħorġu ċertifikat li jikkonferma li l-kunsinna kollha tal-iskart tal-merkurju tkun ġiet konvertita u, jekk applikabbli, solidifikata. Ladarba jkun inħareġ iċ-ċertifikat kif imsemmi fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, kopja tiegħu għandha tintbagħat mingħajr dewmien lill-operaturi tal-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati msemmija fl-Artikolu 12. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|