|
+Artikolu 14 1. |
Artikolu 14 1.L-operaturi ta' faċilitajiet li jwettqu l-ħżin temporanju tal-iskart tal-merkurju għandhom jistabbilixxu reġistru li jkun jinkludi dan li ġej:
(a)
għal kull kunsinna ta' skart tal-merkurju li jirċievu:
(i)
l-oriġini u l-ammont ta' skart ta' dak il-merkurju;
(ii)
l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur u tas-sid ta' dak l-iskart;
(b)
għal kull kunsinna ta' skart tal-merkurju solidifikat li jitlaq mill-faċilità:
(i)
l-ammont ta' dak l-iskart u l-kontenut ta' merkurju tiegħu;
(ii)
id-destinazzjoni u l-operazzjoni ta' rimi ntiżi ta' dak l-iskart;
(iii)
kopja taċ-ċertifikat ipprovvdut mill-operatur tal-faċilità li jwettaq il-konverżjoni u, jekk applikabbli, is-solidifikazzjoni ta' dak l-iskart, kif imsemmi fil-paragrafu 2;
(iv)
kopja taċ-ċertifikat ipprovvdut mill-operatur tal-faċilità li jwettaq il-ħżin permanenti tal-iskart tal-merkurju li jkun ġie konvertit u, jekk applikabbli, solidifikat, kif imsemmi fil-paragrafu 3;
(c)
l-ammont ta' skart tal-merkurju maħżun fil-faċilità fi tmiem kull xahar. L-operaturi ta' faċilitajiet li jwettqu l-ħżin temporanju tal-iskart tal-merkurju għandhom, malli l-iskart tal-merkurju jinħareġ minn fejn ikun inħażen temporanjament, joħorġu ċertifikat li jikkonferma li l-iskart tal-merkurju jkun intbagħat f'faċilità li twettaq operazzjonijiet ta' rimi koperti minn dan l-Artikolu. Ladarba jkun inħareġ iċ-ċertifikat kif imsemmi fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, kopja tiegħu għandha tintbagħat mingħajr dewmien lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati msemmija fl-Artikolu 12. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|