+Artikolu 18 Rapport
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 1a.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
|
Artikolu 18 Rapport
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
Sal-1 ta' Jannar 2020 u f'intervalli xierqa minn hemm 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom iħejju, jipprovdu lill-Kummissjoni u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, b'mod elettroniku rapport b'li ġej:
(a)
informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament;
(b)
informazzjoni meħtieġa għall-issodisfar mill-Unjoni tal-obbligu ta' rapportar tagħha skont l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni;
(c)
sommarju tal-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament;
(d)
informazzjoni rigward il-merkurju li jinsab fit-territorji tagħhom:
(i)
lista ta' siti fejn hemm ħażniet ta' aktar minn 50 tunnellata metrika ta' merkurju għajr skart tal-merkurju, kif ukoll l-ammont ta' merkurju f'kull sit;
(ii)
lista ta' siti fejn hemm akkumulati aktar minn 50 tunnellata metrika ta' merkurju, kif ukoll l-ammont ta' skart tal-merkurju f'kull sit; u
(e)
lista ta' sorsi li jissupplixxu aktar minn 10 tunnellati metriċi ta' merkurju kull sena, meta l-Istati Membri jkunu jafu b' tali sorsi;
▼M3
(f)
sommarju tal-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu kif ukoll l-informazzjoni dwar l-ammonti ta’ merkurju użati għal ħtiġijiet mediċi speċifiċi kif imsemmi fl-Artikolu 10(2a); u
(g)
informazzjoni dwar il-miżuri implimentati abbażi tal-gwida tal-Kummissjoni dwar teknoloġiji ta’ tnaqqis għall-emissjonijiet tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju mill-krematorji msemmija fl-Artikolu 19(2a), il-punt (a).
▼B
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħmlux disponibbli għall-pubbliku xi informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għal xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
), soġġett għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) ta' dik id-Direttiva.
|
|
Artikolu 18 1a.
|
Sal-31 ta’ Mejju ta’ sena kalendarja partikolari, l-importaturi u l-manifatturi tal-amalgama dentali għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti tagħhom għas-sena kalendarja preċedenti l-ammont tal-amalgama dentali li huma importaw jew immanifatturaw skont l-Artikolu 10(7), it-tielet subparagrafu.
|
|
Artikolu 18 2.
|
Għall-finijiet tar-rappurtar imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri għodda elettronika għar-rappurtar. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-kwestjonarji xierqa biex tispeċifika l-kontenut, l-informazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni meħtieġa sabiex tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll il-format u l-frekwenza tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1. Dawk il-kwestjonarji ma għandhomx jidduplikaw l-obbligi ta' rapportar tal-Partijiet tal-Konvenzjoni. L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).
|
|
Artikolu 18 3.
|
L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni r-rapporti li jipprovdu lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0852
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|