|
+Artikolu 18 1. |
Artikolu 18 1.Sal-1 ta' Jannar 2020 u f'intervalli xierqa minn hemm 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom iħejju, jipprovdu lill-Kummissjoni u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, b'mod elettroniku rapport b'li ġej:
(a)
informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament;
(b)
informazzjoni meħtieġa għall-issodisfar mill-Unjoni tal-obbligu ta' rapportar tagħha skont l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni;
(c)
sommarju tal-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament;
(d)
informazzjoni rigward il-merkurju li jinsab fit-territorji tagħhom:
(i)
lista ta' siti fejn hemm ħażniet ta' aktar minn 50 tunnellata metrika ta' merkurju għajr skart tal-merkurju, kif ukoll l-ammont ta' merkurju f'kull sit;
(ii)
lista ta' siti fejn hemm akkumulati aktar minn 50 tunnellata metrika ta' merkurju, kif ukoll l-ammont ta' skart tal-merkurju f'kull sit; u
(e)
lista ta' sorsi li jissupplixxu aktar minn 10 tunnellati metriċi ta' merkurju kull sena, meta l-Istati Membri jkunu jafu b' tali sorsi;
(f)
sommarju tal-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu kif ukoll l-informazzjoni dwar l-ammonti ta’ merkurju użati għal ħtiġijiet mediċi speċifiċi kif imsemmi fl-Artikolu 10(2a); u
(g)
informazzjoni dwar il-miżuri implimentati abbażi tal-gwida tal-Kummissjoni dwar teknoloġiji ta’ tnaqqis għall-emissjonijiet tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju mill-krematorji msemmija fl-Artikolu 19(2a), il-punt (a). L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħmlux disponibbli għall-pubbliku xi informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għal xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), soġġett għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) ta' dik id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|