+Artikolu 19 Rieżami
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 2a.
---+Artikolu 19 3.
|
Artikolu 19 Rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Sat-30 ta' Ġunju 2020, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tagħha dwar:
(a)
il-ħtieġa li l-Unjoni tirregola l-emissjonijiet ta' merkurju u komposti tal-merkurju mill-krematorji;
(b)
il-fattibbiltà li l-użu tal-amalgama dentali jiġi eliminat gradwalment fuq tul ta' żmien, u preferibbilment sal-2030, filwaqt li jitqiesu l-pjanijiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 10(3) u filwaqt li tiġi rispettata b'mod sħiħ il-kompetenza tal-Istati Membri għall-organizzazzjoni u l-għoti ta' servizzi tas-saħħa u kura medika; u
(c)
il-benefiċċji ambjentali u l-fattibbiltà ta' allinjament ulterjuri tal-Anness II mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni li tirregola t-tqegħid fis-suq ta' prodotti miżjudin bil-merkurju.
|
|
Artikolu 19 2.
|
Sal-
►M3
31 ta’ Diċembru 2029 ◄ , il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u r-rieżami ta' dan ir-Regolament, fid-dawl, fost l-oħrajn, tal-evalwazzjoni dwar l-effikaċja mwettqa mill-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni u r-rapporti pprovduti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni.
|
|
Artikolu 19 2a.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2029, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:
(a)
l-implimentazzjoni u l-impatt tal-gwida, żviluppata mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2025, dwar it-teknoloġiji għat-tnaqqis għall-emissjonijiet tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju mill-krematorji applikati fl-Istati Membri;
(b)
il-ħtieġa li tinżamm l-eżenzjoni mill-projbizzjoni fuq l-użu tal-amalgama dentali msemmija fl-Artikolu 10(2a), l-ewwel subparagrafu, filwaqt li jitqies l-impatt fuq is-saħħa tal-pazjenti b’mod ġenerali u tal-pazjenti dipendenti fuq il-mili tal-amalgama, u l-ħtieġa li tinżamm id-deroga għall-importazzjoni u l-manifattura tal-amalgama dentali kif imsemmi fl-Artikolu 10(7), it-tielet subparagrafu;
(c)
l-iżviluppi skont il-Konvenzjoni fir-rigward tat-tneħħija gradwali tal-użu illegali tal-merkurju fil-kożmetiċi, filwaqt li tqis l-informazzjoni pprovduta mill-Partijiet għall-Konvenzjoni f’konformità mad-Deċiżjoni MC-5/5 tal-Konferenza tal-Partijiet dwar it-tħejjija ta’ rapport dwar il-kożmetiċi;
(d)
il-ħtieġa li jitneħħew gradwalment l-użi tal-merkurju li fadal;
(e)
il-ħtieġa li tiġi estiża l-lista tas-sorsi ta’ skart tal-merkurju stabbilita fl-Artikolu 11;
(f)
il-ħtieġa li tiġi estiża l-lista ta’ komposti tal-merkurju stabbilita fl-Anness I, billi jiżdied, pereżempju, l-klorur ażanid tal-merkurju (HgNH2Cl).
|
|
Artikolu 19 3.
|
Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva flimkien mar-rapporti tagħha msemmija f’dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0852
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|