+Artikolu 16 Atti Delegati
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
|
Artikolu 16 Atti Delegati
Atti Delegati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi rekwiżiti dettaljati relatati ma' tikketti għal gruppi speċifiċi ta' prodotti.
|
|
Artikolu 16 2.
|
L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw gruppi ta' prodotti li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
(a)
skont l-aktar ċifri disponibbli reċenti u filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq tal-Unjoni, il-grupp tal-prodotti għandu jkollu potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u, meta rilevanti, ta' riżorsi oħra;
(b)
fil-grupp ta' prodotti, mudelli b'funzjonalità ekwivalenti għandhom ivarjaw b'mod sinifikanti fil-livelli ta' prestazzjoni rilevanti;
(c)
m'għandux ikun hemm impatt negattiv sinifikanti fir-rigward tal-affordabbiltà u l-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja tal-grupp ta' prodotti;
(d)
l-introduzzjoni ta' rekwiżiti tat-tikkettar tal-enerġija għal grupp ta' prodotti ma għandux ikollha impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità tal-prodott waqt li jkun qed jintuża;
|
|
Artikolu 16 3.
|
L-atti delegati relatati ma' gruppi speċifiċi ta' prodotti għandhom jispeċifikaw, b'mod partikolari:
(a)
id-definizzjoni tal-grupp speċifiku tal-prodotti li jaqa' fid-definizzjoni ta' “prodott relatat mal-enerġija” stabbilita fil-punt 1 tal-Artikolu 2 li għandu jkun kopert mir-rekwiżiti dettaljati tat-tikkettar;
(b)
id-disinn u l-kontenut tat-tikketta, inkluż skala li turi l-konsum tal-enerġija li tikkonsisti minn A sa G, li kemm jista' jkun għandu jkollha karatteristiċi uniformi fid-disinn għall-gruppi kollha ta' prodotti u fil-każijiet kollha għandha tkun ċara u tinqara. L-istadji minn A sa G tal-klassifikazzjoni għandhom jikkorrispondu mal-iffrankar sinifikanti tal-enerġija u l-ispejjeż u d-differenzazzjoni xierqa tal-prodott mill-perspettiva tal-klijent. Huma għandhom jispeċifikaw ukoll kif l-istadji A-G tal-klassifikazzjoni, u fejn applikabbli l-konsum tal-enerġija, jintwerew f'pożizzjoni prominenti fuq it-tikketta;
(c)
fejn xieraq, l-użu ta' riżorsi oħra u informazzjoni supplimentari li tikkonċerna l-prodott, u f'dak il-każ it-tikketta għandha tenfasizza l-effiċjenza enerġetika tal-prodott. L-informazzjoni supplimentari għandha tkun mingħajr ambigwità u mingħajr impatt negattiv fuq l-intelliġibbiltà ċara u l-effikaċja tat-tikketta b'mod ġenerali għall-klijenti. Hija għandha tkun ibbażata fuq data dwar il-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott li jistgħu jitkejlu u jiġu vverifikati mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;
(d)
fejn xieraq, l-inklużjoni ta' referenza fit-tikketta li tippermetti lill-klijenti jidentifikaw prodotti li huma intelliġenti fl-użu tal-enerġija, jiġifieri, li kapaċi awtomatikament jibdlu u jottimizzaw it-tendenzi tal-konsum tagħhom b'reazzjoni għal stimoli esterni (bħal sinjali minn jew permezz ta' sistema ċentrali ta' ġestjoni tal-enerġija fid-dar, sinjali tal-prezzijiet, sinjali ta' kontroll dirett, kejl lokali) jew kapaċi li joffru servizzi oħra li jżidu l-effiċjenza enerġetika u l-użu ta' enerġija rinnovabbli, bil-għan li jitjieb l-impatt ambjentali tal-użu tal-enerġija fis-sistema tal-enerġija kollha;
(e)
il-postijiet fejn għandha tiġi esposta t-tikketta, bħal meta titwaħħal mal-unità tal-prodott fejn ma ssirilha l-ebda ħsara, stampata fuq l-imballaġġ, ipprovduta f'format elettroniku jew murija online, b'kont meħud tar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1), u tal-implikazzjonijiet għall-klijenti, il-fornituri u n-negozjanti;
(f)
fejn hu xieraq, jintuża mezz elettroniku għat-tikkettar tal-prodotti;
(g)
il-mod li bih it-tikketta u l-iskeda informattiva dwar il-prodott għandhom jiġu pprovduti f'każ ta' bejgħ mill-bogħod;
(h)
il-kontenuti meħtieġa u, fejn xieraq, il-format u dettalji oħra li jikkonċernaw l-iskeda informattiva dwar il-prodott u d-dokumentazzjoni teknika, inkluż il-possibbiltà li jiddaħħlu l-parametri tal-iskeda informattiva dwar il-prodott fil-bażi tad-data skont l-Artikolu 3(1);
(i)
it-tolleranzi tal-verifika li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti;
(j)
kif il-klassi tal-enerġija u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza disponibbli fuq it-tikketta għandhom jiġu nklużi fir-reklami viżivi u l-materjal promozzjonali tekniku, inkluż il-leġibbiltà u l-viżibbiltà;
(k)
il-metodi ta' kejl u ta' kalkolu msemmija fl-Artikolu 13, li għandhom jintużaw biex tiġi determinata l-informazzjoni tat-tikketta u tal-iskeda informattiva dwar il-prodott, inkluż id-definizzjoni tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI), jew parametru ekwivalenti;
(l)
jekk, għal apparati akbar, ikunx meħtieġ livell ogħla ta' effiċjenza enerġetika biex tintlaħaq klassi ta' effiċjenza enerġetika partikolari;
(m)
il-format ta' kwalunkwe referenza addizzjonali fuq it-tikketta li tippermetti lill-klijenti jaċċessaw b'mezzi elettroniċi informazzjoni aktar dettaljata dwar il-prestazzjoni tal-prodott inkluża fl-iskeda informattiva dwar il-prodott. Il-format ta' dawk ir-referenzi jistgħu jieħdu l-forma ta' indirizz ta' sit elettroniku, kodiċi dinamiku ta' rispons rapidu (kodiċi QR), link fuq tikketti online jew kwalunkwe mezz adatt ieħor orjentat lejn il-konsumatur;
(n)
fejn xieraq, kif għandhom jintwerew fuq l-iskrin interattiv tal-prodott il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika li jiddeskrivu l-konsum tal-enerġija tal-prodott waqt li qed jintuża;
(o)
id-data tal-evalwazzjoni u r-reviżjoni konsegwenti possibbli tal-att delegat;
(p)
fejn xieraq, id-differenzi fir-rendiment tal-enerġija f'diversi reġjuni klimatiċi;
(q)
fir-rigward tar-rekwiżit fl-Artikolu 4(6) li tinżamm informazzjoni fil-parti tal-konformità tal-bażi tad-data, perijodu ta' żamma li jkun inqas minn 15-il sena, fejn xieraq b'rabta mal-ħajja medja tal-prodott.
|
|
Artikolu 16 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat separat għal kull grupp speċifiku ta' prodotti. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar meta għandu jiġi adottat l-att delegat għal grupp speċifiku ta' prodotti, hija m'għandhiex iddewwem l-adozzjoni tiegħu għal raġunijiet marbuta mal-adozzjoni ta' att delegat ieħor li jirrigwarda grupp speċifiku ieħor ta' prodotti, sakemm ċirkostanzi eċċezzjonali ma jitolbux mod ieħor.
|
|
Artikolu 16 5.
|
Il-Kummissjoni għandha żżomm inventarju aġġornat tal-atti delegati kollha rilevanti, kif ukoll tal-miżuri li jfasslu d-Direttiva 2009/125/KE, inkluż ir-referenzi kompluti għall-istandards armonizzati rilevanti kollha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1369
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|