|
+Artikolu 16 3. |
Artikolu 16 3.L-atti delegati relatati ma' gruppi speċifiċi ta' prodotti għandhom jispeċifikaw, b'mod partikolari:
(a)
id-definizzjoni tal-grupp speċifiku tal-prodotti li jaqa' fid-definizzjoni ta' “prodott relatat mal-enerġija” stabbilita fil-punt 1 tal-Artikolu 2 li għandu jkun kopert mir-rekwiżiti dettaljati tat-tikkettar;
(b)
id-disinn u l-kontenut tat-tikketta, inkluż skala li turi l-konsum tal-enerġija li tikkonsisti minn A sa G, li kemm jista' jkun għandu jkollha karatteristiċi uniformi fid-disinn għall-gruppi kollha ta' prodotti u fil-każijiet kollha għandha tkun ċara u tinqara. L-istadji minn A sa G tal-klassifikazzjoni għandhom jikkorrispondu mal-iffrankar sinifikanti tal-enerġija u l-ispejjeż u d-differenzazzjoni xierqa tal-prodott mill-perspettiva tal-klijent. Huma għandhom jispeċifikaw ukoll kif l-istadji A-G tal-klassifikazzjoni, u fejn applikabbli l-konsum tal-enerġija, jintwerew f'pożizzjoni prominenti fuq it-tikketta;
(c)
fejn xieraq, l-użu ta' riżorsi oħra u informazzjoni supplimentari li tikkonċerna l-prodott, u f'dak il-każ it-tikketta għandha tenfasizza l-effiċjenza enerġetika tal-prodott. L-informazzjoni supplimentari għandha tkun mingħajr ambigwità u mingħajr impatt negattiv fuq l-intelliġibbiltà ċara u l-effikaċja tat-tikketta b'mod ġenerali għall-klijenti. Hija għandha tkun ibbażata fuq data dwar il-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott li jistgħu jitkejlu u jiġu vverifikati mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;
(d)
fejn xieraq, l-inklużjoni ta' referenza fit-tikketta li tippermetti lill-klijenti jidentifikaw prodotti li huma intelliġenti fl-użu tal-enerġija, jiġifieri, li kapaċi awtomatikament jibdlu u jottimizzaw it-tendenzi tal-konsum tagħhom b'reazzjoni għal stimoli esterni (bħal sinjali minn jew permezz ta' sistema ċentrali ta' ġestjoni tal-enerġija fid-dar, sinjali tal-prezzijiet, sinjali ta' kontroll dirett, kejl lokali) jew kapaċi li joffru servizzi oħra li jżidu l-effiċjenza enerġetika u l-użu ta' enerġija rinnovabbli, bil-għan li jitjieb l-impatt ambjentali tal-użu tal-enerġija fis-sistema tal-enerġija kollha;
(e)
il-postijiet fejn għandha tiġi esposta t-tikketta, bħal meta titwaħħal mal-unità tal-prodott fejn ma ssirilha l-ebda ħsara, stampata fuq l-imballaġġ, ipprovduta f'format elettroniku jew murija online, b'kont meħud tar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1), u tal-implikazzjonijiet għall-klijenti, il-fornituri u n-negozjanti;
(f)
fejn hu xieraq, jintuża mezz elettroniku għat-tikkettar tal-prodotti;
(g)
il-mod li bih it-tikketta u l-iskeda informattiva dwar il-prodott għandhom jiġu pprovduti f'każ ta' bejgħ mill-bogħod;
(h)
il-kontenuti meħtieġa u, fejn xieraq, il-format u dettalji oħra li jikkonċernaw l-iskeda informattiva dwar il-prodott u d-dokumentazzjoni teknika, inkluż il-possibbiltà li jiddaħħlu l-parametri tal-iskeda informattiva dwar il-prodott fil-bażi tad-data skont l-Artikolu 3(1);
(i)
it-tolleranzi tal-verifika li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti;
(j)
kif il-klassi tal-enerġija u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza disponibbli fuq it-tikketta għandhom jiġu nklużi fir-reklami viżivi u l-materjal promozzjonali tekniku, inkluż il-leġibbiltà u l-viżibbiltà;
(k)
il-metodi ta' kejl u ta' kalkolu msemmija fl-Artikolu 13, li għandhom jintużaw biex tiġi determinata l-informazzjoni tat-tikketta u tal-iskeda informattiva dwar il-prodott, inkluż id-definizzjoni tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI), jew parametru ekwivalenti;
(l)
jekk, għal apparati akbar, ikunx meħtieġ livell ogħla ta' effiċjenza enerġetika biex tintlaħaq klassi ta' effiċjenza enerġetika partikolari;
(m)
il-format ta' kwalunkwe referenza addizzjonali fuq it-tikketta li tippermetti lill-klijenti jaċċessaw b'mezzi elettroniċi informazzjoni aktar dettaljata dwar il-prestazzjoni tal-prodott inkluża fl-iskeda informattiva dwar il-prodott. Il-format ta' dawk ir-referenzi jistgħu jieħdu l-forma ta' indirizz ta' sit elettroniku, kodiċi dinamiku ta' rispons rapidu (kodiċi QR), link fuq tikketti online jew kwalunkwe mezz adatt ieħor orjentat lejn il-konsumatur;
(n)
fejn xieraq, kif għandhom jintwerew fuq l-iskrin interattiv tal-prodott il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika li jiddeskrivu l-konsum tal-enerġija tal-prodott waqt li qed jintuża;
(o)
id-data tal-evalwazzjoni u r-reviżjoni konsegwenti possibbli tal-att delegat;
(p)
fejn xieraq, id-differenzi fir-rendiment tal-enerġija f'diversi reġjuni klimatiċi;
(q)
fir-rigward tar-rekwiżit fl-Artikolu 4(6) li tinżamm informazzjoni fil-parti tal-konformità tal-bażi tad-data, perijodu ta' żamma li jkun inqas minn 15-il sena, fejn xieraq b'rabta mal-ħajja medja tal-prodott. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|