+Artikolu 4 Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
|
Artikolu 4 Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass (GCG, Gas Coordination Group) għandu jiġi stabbilit sabiex jiffaċilita l-koordinazzjoni ta' miżuri li jikkonċernaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Il-GCG għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, b'mod partikolari rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom, kif ukoll mill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-Aġenzija), mill-ENTSOG u mill-korpi rappreżentattivi tal-industrija kkonċernata u dawk ta' klijenti rilevanti. Il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni tal-GCG, filwaqt li tiżgura li jkun rappreżentattiv għalkollox. Il-Kummissjoni għandha tippresiedi l-GCG. Il-GCG għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Il-GCG għandu jiġi kkonsultat u għandu jassisti lill-Kummissjoni b'mod partikolari rigward il-kwistjonijiet li ġejjin:
(a)
is-sigurtà tal-provvista tal-gass, f'kull ħin u b'mod aktar speċifiku fil-każ ta' emerġenza;
(b)
l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass f'livell nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni;
(c)
l-aħjar prattiki u linji gwida possibbli lill-partijiet ikkonċernati kollha;
(d)
il-livell ta' sigurtà tal-provvista tal-gass, il-livelli ta' riferiment u l-metodoloġiji ta' valutazzjoni;
(e)
ix-xenarji nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni u l-ittestjar tal-livelli ta' tħejjija;
(f)
il-valutazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza, il-koerenza bejn diversi pjanijiet, u l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fihom;
(g)
il-koordinazzjoni ta' miżuri li jindirizzaw emerġenza fl-Unjoni, mal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija u ma' pajjiżi terzi oħrajn;
(h)
assistenza meħtieġa mill-Istati Membri l-aktar affettwati.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tlaqqa' l-GCG fuq bażi regolari u għandha tikkondividi l-informazzjoni li tirċievi mill-awtoritajiet kompetenti filwaqt li żżomm il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
|
|
Artikolu 4 4.
|
Il-Kummissjoni tista' tlaqqa' l-GCG f'formazzjoni li tkun limitata għar-rappreżentanti tal-Istati Membri u b'mod partikolari tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tlaqqa' l-GCG f'din il-formazzjoni limitata jekk rappreżentant wieħed jew aktar tal-Istati Membri, u b'mod partikolari tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jitolbu dan. F'dan il-każ, ma għandux japplika l-Artikolu 16(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|