|
+Artikolu 4 2. |
Artikolu 4 2.Il-GCG għandu jiġi kkonsultat u għandu jassisti lill-Kummissjoni b'mod partikolari rigward il-kwistjonijiet li ġejjin:
(a)
is-sigurtà tal-provvista tal-gass, f'kull ħin u b'mod aktar speċifiku fil-każ ta' emerġenza;
(b)
l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass f'livell nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni;
(c)
l-aħjar prattiki u linji gwida possibbli lill-partijiet ikkonċernati kollha;
(d)
il-livell ta' sigurtà tal-provvista tal-gass, il-livelli ta' riferiment u l-metodoloġiji ta' valutazzjoni;
(e)
ix-xenarji nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni u l-ittestjar tal-livelli ta' tħejjija;
(f)
il-valutazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta' emerġenza, il-koerenza bejn diversi pjanijiet, u l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fihom;
(g)
il-koordinazzjoni ta' miżuri li jindirizzaw emerġenza fl-Unjoni, mal-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija u ma' pajjiżi terzi oħrajn;
(h)
assistenza meħtieġa mill-Istati Membri l-aktar affettwati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|