|
+Artikolu 13 3. |
Artikolu 13 3.Miżura ta’ solidarjetà għandha tiġi kkunsidrata bħala l-aħħar alternattiva u għandha tapplika dment li l-Istat Membru rikjedenti:
(a)
ikun iddikjara stat ta’ emerġenza skont l-Artikolu 11;
(b)
ma jkunx kapaċi jkopri n-nuqqas fil-provvista tal-gass lill-klijenti tiegħu protetti mis-solidarjetà minkejja l-applikazzjoni tal-miżura msemmija fl-Artikolu 11(3) jew, meta Stat Membru jkun ħa miżuri temporanji biex inaqqas il-konsum mhux essenzjali tal-gass ta’ klijenti protetti f’konformità mal-Artikolu 11(7a), il-volumi essenzjali tal-konsum tal-gass għall-klijenti protetti mis-solidarjetà tiegħu;
(c)
ikun eżawrixxa l-miżuri kollha bbażati fuq is-suq (miżuri volontarji), il-miżuri kollha mhux ibbażati fuq is-suq (miżuri obbligatorji) u miżuri oħra li jinsabu fil-pjan ta’ emerġenza tiegħu;
(d)
ikun innotifika talba espliċita lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li magħhom huwa konness direttament jew skont il-paragrafu 2 permezz ta’ pajjiż terz, akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-miżuri implimentati msemmija fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|