|
+Artikolu 13 8. |
Artikolu 13 8.Is-solidarjetà taħt dan ir-Regolament għandha tiġi pprovduta abbażi ta’ kumpens. L-Istat Membru li jitlob solidarjetà għandu jħallas minnufih jew jiżgura l-ħlas minnufih ta’ kumpens ġust lill-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà. Meta żewġ Stati Membri jkunu qablu dwar l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa skont il-paragrafu 10 (ftehim ta’ solidarjetà), tali kumpens ġust għandu jkopri mill-anqas:
(a)
il-gass konsenjat fit-territorju tal-Istat Membru rikjedenti;
(b)
l-ispejjeż rilevanti u raġonevoli kollha l-oħra mġarrba meta tiġi pprovduta s-solidarjetà, inkluż, fejn xieraq, l-ispejjeż ta' tali miżuri li setgħu ġew stabbiliti minn qabel;
(c)
rimborż għal kwalunkwe kumpens li jirrizulta minn proċedimenti ġudizzjarji, proċedimenti ta' arbitraġġ jew proċedimenti simili u soluzzjonijiet u spejjeż relatati ta' tali proċedimenti li jinvolvu lill-Istat Membru li jipprovdi solidarjetà fil-konfront ta' entitajiet involuti fl-għoti ta' tali solidarjetà. Kumpens ġust skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi għandu jinkludi, fost l-oħrajn, l-ispejjeż raġonevoli kollha li l-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà jġarrab minn obbligu li jħallas kumpens minħabba d-drittijiet fundamentali garantiti mid-dritt tal-Unjoni u minħabba l-obbligi internazzjonali applikabbli meta jiġi implimentat dan l-Artikolu u spejjeż raġonevoli ulterjuri mġarrba mill-ħlas ta’ kumpens skont regoli nazzjonali dwar il-kumpens. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa, b’mod partikolari l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji skont il-paragrafu 10, biex jiġu implimentati l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu. Tali miżuri jistgħu jipprevedu l-arranġamenti prattiċi għal ħlas minnufih. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|