+Artikolu 13 8a.

Artikolu 13 8a.

Meta żewġ Stati Membri ma jkunux ftiehmu dwar l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji meħtieġa skont il-paragrafu 10 permezz ta’ ftehim ta’ solidarjetà, il-konsenja tal-gass skont l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 fil-każ ta’ emerġenza għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet f’dan il-paragrafu.

Il-kumpens għall-miżura ta’ solidarjetà ma għandux jaqbeż il-kostijiet raġonevoli. Sakemm kemm l-Istat Membru li jitlob is-solidarjetà kif ukoll l-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà ma jaqblux mod ieħor, il-kumpens għandu jinkludi:

(a) 

il-prezz għall-gass fl-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà;

(b) 

l-ispejjeż tal-ħażna u tat-trasport;

(c) 

il-kostijiet ta’ litigazzjoni għall-proċedimenti ġudizzjarji jew ta’ arbitraġġ relatati li jinvolvu lill-Istat Membru li jkun qed jipprovdi s-solidarjetà;

(d) 

kostijiet indiretti oħra li mhumiex koperti mill-prezz għall-gass, bħar-rimborż ta’ ħsarat finanzjarji jew ħsarat oħra li jirriżultaw minn tnaqqis infurzat ta’ tagħbija kostanti tal-klijenti mid-ditti b’rabta mal-għoti ta’ solidarjetà.

Sakemm l-Istat Membru li jitlob is-solidarjetà u l-Istat Membru li jipprovdi solidarjetà ma jaqblux dwar prezz ieħor, il-prezz għall-gass ipprovdut lill-Istat Membru li jitlob is-solidarjetà għandu jikkorrispondi għall-prezz tas-suq ta’ ġurnata bil-quddiem fl-Istat Membru li jipprovdi solidarjetà, il-ġurnata ta’ qabel it-talba għas-solidarjetà jew il-prezz tas-suq korrispondenti ta’ ġurnata bil-quddiem fl-eqreb punt ta’ skambju, fl-eqreb punt ta’ negozjar virtwali aċċessibbli, jew f’hub maqbul matul il-ġurnata ta’ qabel it-talba għas-solidarjetà. Il-kumpens għall-volumi tal-gass ikkonsenjati fil-kuntest ta’ talba ta’ solidarjetà għandu jitħallas direttament mill-Istat Membru li jitlob is-solidarjetà lill-Istat Membru li jipprovdi s-solidarjetà jew lill-entità li ż-żewġ Stati Membri jindikaw fit-tweġiba tagħhom għat-talba ta’ solidarjetà u l-konferma tal-wasla u tal-volum li għandu jittieħed.

L-Istat Membru li lilu tkun indirizzata t-talba għal miżura ta’ solidarjetà għandu jipprovdi l-miżura ta’ solidarjetà mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-ħin ta’ konsenja indikat għat-talba. Stat Membru jista’ jirrifjuta li jipprovdi s-solidarjetà lil Stat Membru li jitlob solidarjetà dment li l-Istat Membru rikjedenti juri li:

(a) 

ma għandux biżżejjed gass għall-volumi li għandhom jiġu fornuti għall-klijenti protetti mis-solidarjetà; jew

(b) 

ma għandux biżżejjed kapaċità ta’ interkonnessjoni disponibbli, kif stipulat fl-Artikolu 13(7), jew il-flussi tal-gass huma ristretti permezz ta’ pajjiż terz.

Tali rifjut għandu jkun strettament limitat għall-volumi ta’ gass affettwati minn limitazzjoni waħda jew mit-tnejn li huma msemmija fir-raba’ subparagrafu.

Minbarra r-regoli prestabbiliti previsti f’dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jaqblu dwar l-arranġamenti tekniċi u dwar il-koordinazzjoni tal-għoti ta’ solidarjetà. Dan il-paragrafu għandu jkunu mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti eżistenti għat-tħaddim sikur u affidabbli tas-sistema tal-gass.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.