+Artikolu 14 Skambju tal-informazzjoni
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 14 7.
---+Artikolu 14 8.
---+Artikolu 14 9.
---+Artikolu 14 10.
---+Artikolu 14 11.
---+Artikolu 14 12.
|
Artikolu 14 Skambju tal-informazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
Fejn Stat Membru jkun iddikjara xi wieħed mil-livelli ta' kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1), l-impriżi tal-gass naturali kkonċernati għandhom kuljum iqiegħdu b'mod partikolari l-informazzjoni li ġejja għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat:
(a)
it-tbassir dwar id-domanda u l-provvista ta' kuljum għall-gass għat-tlitt ijiem sussegwenti, f'miljuni ta' metri kubiċi kuljum (mcm/d);
(b)
il-fluss ta' gass ta' kuljum fil-punti kollha ta' dħul u ħruġ transkonfinali kif ukoll il-punti kollha li jikkonnettjaw faċilità ta' produzzjoni, faċilità ta' ħżin jew terminal LNG man-netwerk, f'miljuni ta' metri kubiċi kuljum (mcm/d);
(c)
il-perijodu, indikat fi ġranet, li għalih huwa mistenni li tkun tista' tiġi ggarantita l-provvista tal-gass lill-klijenti protetti.
|
|
Artikolu 14 2.
|
Fil-każ ta' emerġenza reġjonali jew tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista' titlob li l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 tipprovdilha mingħajr dewmien tal-inqas:
(a)
l-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1;
(b)
informazzjoni dwar il-miżuri ppjanati li għandhom isiru u dawk diġà implimentati mill-awtorità kompetenti sabiex tittaffa l-emerġenza, u l-informazzjoni dwar l-effikaċja tagħhom;
(c)
it-talbiet li saru għal miżuri addizzjonali li għandhom jittieħdu minn awtoritajiet kompetenti oħrajn;
(d)
il-miżuri implimentati fuq it-talba ta' awtoritajiet kompetenti oħrajn.
|
|
Artikolu 14 3.
|
►M3
Wara emerġenza, l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara tmiem l-emerġenza, valutazzjoni dettaljata tal-emerġenza u l-effikaċja tal-miżuri implimentati, inkluża valutazzjoni tal-impatt ekonomiku tal-emerġenza, l-impatt fuq is-settur tal-elettriku u l-assistenza pprovduta lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha, jew riċevuta mingħandhom. Meta jkun rilevanti, dik il-valutazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni dettaljata taċ-ċirkostanzi li wasslu għall-attivazzjoni tal-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 13 u l-kundizzjonijiet li skonthom ġew riċevuti l-provvisti tal-gass nieqsa, inklużi l-prezz u l-kumpens finanzjarju mħallas, u, meta jkun rilevanti, ir-raġunijiet għaliex l-offerti ta’ solidarjetà ma ġewx aċċettati jew il-gass ma ġiex fornut. Tali valutazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-GCG u għandha tiġi riflessa fl-aġġornamenti tal-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza. ◄
Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-valutazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti u għandha tinforma lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew u lill-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass bir-riżultati tal-analiżi tagħha f'forma aggregata.
|
|
Artikolu 14 4.
|
F'ċirkostanzi debitament ġustifikati, irrispettivament minn dikjarazzjoni ta' emerġenza, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-aktar affettwat tista' tirrikjedi li l-impriżi tal-gass naturali jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew l-informazzjoni addizzjonali neċessarja sabiex tkun tista' tivvaluta s-sitwazzjoni ġenerali tal-provvista tal-gass fl-Istat Membru jew fi Stati Membri oħrajn, inkluża l-informazzjoni kuntrattwali, għajr l-informazzjoni dwar il-prezz. Il-Kummissjoni tista' titlob mill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni pprovduta mill-impriżi tal-gass naturali taħt dan il-paragrafu, dment li l-istess informazzjoni ma tkunx intbagħtet diġà lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 14 5.
|
Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-provvista tal-gass fl-Unjoni jew f'parti mill-Unjoni tkun f'riskju jew probabbilment tkun f'riskju li jista' jwassal għad-dikjarazzjoni ta' wieħed mil-livelli ta' kriżi msemmijin fl-Artikolu 11(1), hija tista' titlob lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati biex jiġbru u jippreżentaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass. Il-Kummissjoni għandha tikkondividi l-valutazzjoni tagħha mal-GCG.
|
|
Artikolu 14 6.
|
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jivvalutaw is-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-provvista f'livell nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni, kull impriża tal-gass naturali għandha tinnotifika:
(a)
lill-awtorità kompetenti kkonċernata, id-dettalji li ġejjin tal-kuntratti għal forniment tal-gass b'dimensjoni transkonfinali u tul ta' żmien ta' aktar minn sena li hija tkun ikkonkludiet biex takkwista l-gass:
(i)
it-tul ta' żmien tal-kuntratt;
(ii)
il-volumi kuntrattati annwalment;
(iii)
il-volumi massimi ta' kuljum ikkuntrattati fil-każ ta' allert jew emerġenza;
(iv)
il-punti ta' konsenja kkuntrattati;
(v)
il-volumi ta' gass minimi ta' kuljum u ta' kull xahar;
(vi)
il-kondizzjonijiet għas-sospensjoni tal-konsenji ta' gass;
(vii)
indikazzjoni jekk il-kuntratt individwalment jew b'mod kumulattiv mal-kuntratti tagħha mal-istess fornitur jew l-affiljati tiegħu huwiex ekwivalenti jew jaqbiżx il-limitu ta' 28 % kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 6 fl-Istat Membru l-aktar affettwat.
(b)
lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-aktar affettwat immedjatament wara l-konklużjoni jew il-modifika tal-kuntratti għal forniment tal-gass tagħha li jkunu itwal minn sena konklużi jew modifikati fi jew wara l-1 ta' Novembru 2017 li individwalment jew b'mod kumulattiv ma' kuntratti tagħha mal-istess fornitur jew l-affiljati tiegħu jkunu ekwivalenti għal 28 % jew aktar tal-konsum tal-gass naturali fis-sena f'dak l-Istat Membru li għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-aktar data reċenti disponibbli. Barra minn hekk, sat-2 ta' Novembru 2018 l-impriżi tal-gass naturali għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bil-kuntratti eżistenti kollha li jissodisfaw l-istess kondizzjonijiet. L-obbligu ta' notifika ma għandux ikopri informazzjoni dwar il-prezz u ma għandux japplika għall-modifiki relatati biss mal-prezz tal-gass. L-obbligu ta' notifika għandu japplika wkoll għall-ftehimiet kummerċjali kollha li huma rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt għal forniment tal-gass eskluża l-informazzjoni dwar il-prezz.
▼M5
(c)
lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-informazzjoni li ġejja relatata mal-kuntratti ta’ provvista tal-gass għall-gass li joriġina jew li jiġi esportat, direttament jew indirettament, mill-Federazzjoni Russa:
(i)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2026/261 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
);
(ii)
informazzjoni dwar il-kwantitajiet li ser jiġu pprovduti u meħuda, inkluż il-flessibbiltajiet possibbli skont id-dispożizzjonijiet take-or-pay jew id-dispożizzjonijiet deliver-or-pay;
(iii)
l-iskedi ta’ konsenja (LNG) jew in-nominazzjonijiet (gass mill-pipelines);
(iv)
il-flessibbiltajiet kuntrattwali possibbli li jikkonċernaw il-kwantitajiet kuntrattati annwali, inkluż il-kwantitajiet ta’ kumpens;
(v)
il-kundizzjonijiet għas-sospensjoni jew it-terminazzjoni tal-konsenji tal-gass, inkluż id-dispożizzjonijiet ta’ force majeure;
(vi)
informazzjoni dwar liema liġi tirregola l-kuntratt u liema mekkaniżmu ta’ arbitraġġ jintgħażel;
(vii)
l-elementi ewlenin ta’ ftehimiet kummerċjali kollha li huma rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ provvista tal-gass, ħlief informazzjoni dwar il-prezz.
▼B
L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-data elenkata fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni f'forma anonimizzata. F'każ li jkunu qed jiġu konklużi kuntratti ġodda jew ikunu qed isiru bidliet f'kuntratti eżistenti, is-sett kollu tad-data għandu jiġi nnotifikat sal-aħħar ta' Settembru tas-sena rilevanti. Fejn l-awtorità kompetenti jkollha dubji dwar jekk kuntratt partikolari miksub taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu jqegħidx is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stat Membru jew reġjun f'riskju, hija għandha tinnotifika l-kuntratt lill-Kummissjoni. L-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandha tingħata mhux aktar tard mill-4 ta’ Marzu 2026 u għal kull kuntratt b’format diżaggregat, inkluż il-partijiet, sħaħ, tat-test rilevanti, eskluż informazzjoni dwar il-prezz, b’mod partikolari meta l-għarfien sħiħ tal-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali ikun kruċjali għall-valutazzjoni tas-sigurtà tal-provvista tal-gass, jew meta ċerti dispożizzjonijiet kuntrattwali jkunu interrelatati. Il-fornituri ta’ servizzi tat-terminal tal-LNG għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar is-servizzi riżervati minn klijenti mill-Federazzjoni Russa, jew minn klijenti kkontrollati minn impriżi mill-Federazzjoni Russa, inkluż is-servizzi kuntrattati, il-kwantitajiet affettwati u t-tul ta’ żmien tal-kuntratt.
|
|
Artikolu 14 7.
|
F'ċirkostanzi debitament iġġustifikati mill-ħtieġa li tiġi ggarantita t-trasparenza ta' kuntratti għal forniment tal-gass prinċipali rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass, u fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-aktar affettwat jew il-Kummissjoni tikkunsidra li kuntratt għal forniment tal-gass jista' jipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stat Membru, ta' reġjun jew tal-Unjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew il-Kummissjoni tista' titlob lill-impriża tal-gass naturali biex tipprovdi l-kuntratt, eskluża l-informazzjoni dwar il-prezz, għall-valutazzjoni tal-impatt tiegħu fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass. It-talba għandha tkun raġunata u tista' tkopri wkoll dettalji ta' kwalunkwe ftehim kummerċjali ieħor li huwa rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt għal forniment tal-gass eskluża l-informazzjoni dwar il-prezz. Din il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi l-proporzjonalità tal-piż amministrattiv involut.
|
|
Artikolu 14 8.
|
L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni abbażi tal-punt (b) tal-paragrafu 6 jew il-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu għandhom jivvalutaw l-informazzjoni li jirċievu għall-finijiet tas-sigurtà tal-provvista tal-gass fi żmien tliet xhur u għandhom jippreżentaw ir-riżultati tal-valutazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 14 9.
|
L-awtorità kompetenti għandha tieħu inkonsiderazzjoni l-informazzjoni li tirċievi skont dan l-Artikolu fit-tħejjija tal-valutazzjoni tar-riskju, il-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza jew l-aġġornamenti rispettivi tagħhom. Il-Kummissjoni tista' tadotta opinjoni li tipproponi lill-awtorità kompetenti biex temenda l-valutazzjonijiet tar-riskju jew il-pjanijiet abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont dan l-Artikolu. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tagħmel rieżami tal-valutazzjoni tar-riskju u l-pjanijiet ikkonċernati mit-talba skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 8(9).
|
|
Artikolu 14 10.
|
Sat-2 ta' Mejju 2019, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur minn impriżi tal-gass naturali tal-paragrafi 6 jew 7 ta' dan l-Artikolu, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
|
|
Artikolu 14 11.
|
Għall-fini ta' dan l-Artikolu, “l-Istat Membru l-aktar affettwat” għandha tfisser Stat Membru fejn parti kontraenti ta' kuntratt partikolari jkollha l-biċċa l-kbira tal-bejgħ tal-gass jew tal-klijenti tagħha.
|
|
Artikolu 14 12.
|
Il-kuntratti jew l-informazzjoni kuntrattwali kollha riċevuti abbażi tal-paragrafi 6 u 7 kif ukoll il-valutazzjonijiet rispettivi mill-awtoritajiet kompetenti jew il-Kummissjoni għandhom jibqgħu kunfidenzjali. L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità sħiħa.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|