|
+Artikolu 14 6. |
Artikolu 14 6.Sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jivvalutaw is-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-provvista f'livell nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni, kull impriża tal-gass naturali għandha tinnotifika:
(a)
lill-awtorità kompetenti kkonċernata, id-dettalji li ġejjin tal-kuntratti għal forniment tal-gass b'dimensjoni transkonfinali u tul ta' żmien ta' aktar minn sena li hija tkun ikkonkludiet biex takkwista l-gass:
(i)
it-tul ta' żmien tal-kuntratt;
(ii)
il-volumi kuntrattati annwalment;
(iii)
il-volumi massimi ta' kuljum ikkuntrattati fil-każ ta' allert jew emerġenza;
(iv)
il-punti ta' konsenja kkuntrattati;
(v)
il-volumi ta' gass minimi ta' kuljum u ta' kull xahar;
(vi)
il-kondizzjonijiet għas-sospensjoni tal-konsenji ta' gass;
(vii)
indikazzjoni jekk il-kuntratt individwalment jew b'mod kumulattiv mal-kuntratti tagħha mal-istess fornitur jew l-affiljati tiegħu huwiex ekwivalenti jew jaqbiżx il-limitu ta' 28 % kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 6 fl-Istat Membru l-aktar affettwat.
(b)
lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-aktar affettwat immedjatament wara l-konklużjoni jew il-modifika tal-kuntratti għal forniment tal-gass tagħha li jkunu itwal minn sena konklużi jew modifikati fi jew wara l-1 ta' Novembru 2017 li individwalment jew b'mod kumulattiv ma' kuntratti tagħha mal-istess fornitur jew l-affiljati tiegħu jkunu ekwivalenti għal 28 % jew aktar tal-konsum tal-gass naturali fis-sena f'dak l-Istat Membru li għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-aktar data reċenti disponibbli. Barra minn hekk, sat-2 ta' Novembru 2018 l-impriżi tal-gass naturali għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bil-kuntratti eżistenti kollha li jissodisfaw l-istess kondizzjonijiet. L-obbligu ta' notifika ma għandux ikopri informazzjoni dwar il-prezz u ma għandux japplika għall-modifiki relatati biss mal-prezz tal-gass. L-obbligu ta' notifika għandu japplika wkoll għall-ftehimiet kummerċjali kollha li huma rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt għal forniment tal-gass eskluża l-informazzjoni dwar il-prezz.
(c)
lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-informazzjoni li ġejja relatata mal-kuntratti ta’ provvista tal-gass għall-gass li joriġina jew li jiġi esportat, direttament jew indirettament, mill-Federazzjoni Russa:
(i)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2026/261 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );
(ii)
informazzjoni dwar il-kwantitajiet li ser jiġu pprovduti u meħuda, inkluż il-flessibbiltajiet possibbli skont id-dispożizzjonijiet take-or-pay jew id-dispożizzjonijiet deliver-or-pay;
(iii)
l-iskedi ta’ konsenja (LNG) jew in-nominazzjonijiet (gass mill-pipelines);
(iv)
il-flessibbiltajiet kuntrattwali possibbli li jikkonċernaw il-kwantitajiet kuntrattati annwali, inkluż il-kwantitajiet ta’ kumpens;
(v)
il-kundizzjonijiet għas-sospensjoni jew it-terminazzjoni tal-konsenji tal-gass, inkluż id-dispożizzjonijiet ta’ force majeure;
(vi)
informazzjoni dwar liema liġi tirregola l-kuntratt u liema mekkaniżmu ta’ arbitraġġ jintgħażel;
(vii)
l-elementi ewlenin ta’ ftehimiet kummerċjali kollha li huma rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ provvista tal-gass, ħlief informazzjoni dwar il-prezz. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-data elenkata fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni f'forma anonimizzata. F'każ li jkunu qed jiġu konklużi kuntratti ġodda jew ikunu qed isiru bidliet f'kuntratti eżistenti, is-sett kollu tad-data għandu jiġi nnotifikat sal-aħħar ta' Settembru tas-sena rilevanti. Fejn l-awtorità kompetenti jkollha dubji dwar jekk kuntratt partikolari miksub taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu jqegħidx is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta' Stat Membru jew reġjun f'riskju, hija għandha tinnotifika l-kuntratt lill-Kummissjoni. L-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandha tingħata mhux aktar tard mill-4 ta’ Marzu 2026 u għal kull kuntratt b’format diżaggregat, inkluż il-partijiet, sħaħ, tat-test rilevanti, eskluż informazzjoni dwar il-prezz, b’mod partikolari meta l-għarfien sħiħ tal-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali ikun kruċjali għall-valutazzjoni tas-sigurtà tal-provvista tal-gass, jew meta ċerti dispożizzjonijiet kuntrattwali jkunu interrelatati. Il-fornituri ta’ servizzi tat-terminal tal-LNG għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar is-servizzi riżervati minn klijenti mill-Federazzjoni Russa, jew minn klijenti kkontrollati minn impriżi mill-Federazzjoni Russa, inkluż is-servizzi kuntrattati, il-kwantitajiet affettwati u t-tul ta’ żmien tal-kuntratt. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|