|
+Artikolu 50 2. |
Artikolu 50 2.Meta jieħdu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu, fost l-oħrajn:
(a)
it-twettiq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, l-Artikolu 45(2) u l-Artikolu 48(2), kif ukoll tal-għanijiet ta’ politika pubblika skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali;
(b)
l-implimentazzjoni ta’ miżura ta’ implimentazzjoni teknika adottata skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE;
(c)
ir-rieżami tal-implimentazzjoni xierqa tal-kondizzjonijiet marbuta mad-dritt ikkonċernat;
(d)
il-ħtieġa li tiġi promossa l-kompetizzjoni jew tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tiegħu skont l-Artikolu 52;
(e)
il-ħtieġa li l-użu tal-ispektrum tar-radju jsir iktar effiċjenti fid-dawl tal-evoluzzjoni teknoloġika jew tas-suq;
(f)
il-ħtieġa li jiġi evitat tfixkil gravi fis-servizz. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|