|
+Artikolu 61 4. |
Artikolu 61 4.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu, fuq l-impriżi li jipprovdu jew li jkunu awtorizzati li jipprovdu netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, obbligi rigward il-kondiviżjoni ta’ infrastruttura passiva jew obbligi biex jiġu konklużi ftehimiet ta’ aċċess għal roaming lokalizzat, fiż-żewġ każijiet jekk ikunu direttament neċessarji għall-forniment lokali ta’ servizzi li jiddependu fuq l-użu tal-ispektrum tar-radju, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u dment li l-ebda mezz alternattiv vijabbli u simili ta’ aċċess għal utenti finali ma jsir disponibbli għal xi impriża b’termini u kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu tali obbligi biss fejn din il-possibbiltà tkun ġiet prevista b’mod ċar mal-għoti tad-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju u fejn dan ikun ġustifikat għal raġunijiet li, fiż-żona soġġetta għal tali obbligi, l-introduzzjoni ta’ infrastruttura xprunata mis-suq għall-forniment ta’ netwerks jew servizzi li jiddependu fuq l-użu tal-ispektrum tar-radju tkun soġġetta għal ostakli ekonomiċi jew fiżiċi li ma jistgħux jiġu megħluba u għalhekk l-aċċess għan-netwerks jew is-servizzi mill-utenti finali ikun skars ħafna jew nieqes għal kollox. F’dawn iċ-ċirkustanzi fejn l-aċċess u l-kondiviżjoni ta’ infrastruttura passiva waħedhom ma jkunux biżżejjed biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu obbligi fuq il-kondiviżjoni ta’ infrastruttura attiva. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu:
(a)
il-ħtieġa li tiġi massimizzata l-konnettività fl-Unjoni kollha, tul ir-rotot ewlenin tat-trasport u b’mod partikolari żoni territorjali, u l-possibbiltà li tiżdied b’mod sinifikanti l-għażla ta’ servizzi u servizzi ta’ kwalità ogħla għall-utenti finali;
(b)
l-użu effiċjenti tal-ispektrum tar-radju;
(c)
il-fattibbiltà teknika tal-kondiviżjoni u l-kondizzjonijiet assoċjati;
(d)
l-istat tal-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura kif ukoll kompetizzjoni bbażata fuq is-servizz;
(e)
l-innovazzjoni teknoloġika;
(f)
il-ħtieġa essenzjali li jiġi appoġġat l-inċentiv għall-ospitant biex l-ewwel nett ivara l-infrastruttura. F’każ ta’ soluzzjoni tat-tilwim, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fost l-oħrajn, jimponu fuq il-benefiċjarju tal-obbligu ta’ kondiviżjoni jew ta’ aċċess, l-obbligu li jikkondividi l-ispektrum tar-radju mal-ospitant tal-infrastruttura fiż-żona rilevanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|