+Artikolu 69 Obbligu ta’ trasparenza
---+Artikolu 69 1.
---+Artikolu 69 2.
---+Artikolu 69 3.
---+Artikolu 69 4.

Artikolu 69 Obbligu ta’ trasparenza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 69 1.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu, skont l-Artikolu 68, obbligi ta’ trasparenza b’relazzjoni mal-interkonnessjoni jew aċċess, li jeħtieġu li l-impriżi jagħmlu pubblika informazzjoni speċifika, bħal informazzjoni dwar kontabilità, prezzijiet, speċifikazzjonijiet tekniċi, il-karatteristiċi tan-netwerk u l-iżviluppi mistennija tiegħu, kif ukoll termini u kondizzjonijiet għall-forniment u l-użu, inkluża kwalunkwe kondizzjoni li tibdel l-aċċess għal, jew l-użu ta’, servizzi u applikazzjonijiet, partikolarment fir-rigward ta’ migrazzjoni minn infrastruttura antika, fejn tali kondizzjonijiet ikunu permessi minn Stati Membri f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.
Artikolu 69 2.
B’mod partikolari, fejn impriża jkollha obbligi ta’ nondiskriminazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jirrikjedu li dik l-impriża tippubblika offerta ta’ referenza, li għandha tkun suffiċjentement diżassoċjata biex jiġi żgurat li l-impriżi ma jiġux mitluba li jħallsu għal faċilitajiet li mhumiex meħtieġa għas-servizz mitlub. Dik l-offerta għandha tinkludi deskrizzjoni tal-offerti rilevanti imqassma f’komponenti skont il-ħtiġijiet tas-suq, u t-termini u kondizzjonijiet assoċjati inkluż il-prezzijiet. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’, fost l-oħrajn, timponi bidliet għall-offerti ta’ referenza biex tagħti effett lill-obbligi imposti taħt din id-Direttiva.
Artikolu 69 3.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw l-informazzjoni preċiża li għandha tkun disponibbli, il-livell tad-dettal meħtieġ u l-mod ta’ pubblikazzjoni.
Artikolu 69 4.

Sal-21 ta’ Diċembru 2019, sabiex jingħata kontribut għall-applikazzjoni konsistenti tal-obbligi ta’ trasparenza, il-BEREC għandu joħroġ, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, linji gwida dwar il-kriterji minimi għal offerta ta’ referenza u għandu jirrieżaminahom fejn neċessarju sabiex jiġu adattati għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. Meta jipprovdi dawn il-kriterji minimi, il-BEREC għandu jilħaq l-għanijiet tal-Artikolu 3, u għandu jikkunsidra l-ħtiġijiet tal-benefiċjarji tal-obbligi ta’ aċċess u tal-utenti finali li jkunu attivi f’iżjed minn Stat Membru wieħed, kif ukoll għandu jikkunsidra kwalunkwe linja gwida tal-BEREC li tidentifika d-domanda transnazzjonali skont l-Artikolu 66 u kwalunkwe deċiżjoni relatata tal-Kummissjoni.

Minkejja l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fejn impriża jkollha obbligi taħt l-Artikolu 72 jew 73 dwar aċċess bl-ingrossa għall-infrastruttura tan-netwerk, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni ta’ offerta ta’ referenza filwaqt li jieħdu kont bis-sħiħ tal-linji gwida tal-BEREC dwar il-kriterji minimi għal offerta ta’ referenza, għandhom jiżguraw li jkunu speċifikati indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, fejn rilevanti, kif ukoll il-livelli ta’ servizz korrispondenti, u jimmonitorjaw mill-qrib u jiżguraw il-konformità magħhom. Barra minn hekk, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jiddeterminaw minn qabel, fejn neċessarju, il-penali finanzjarji assoċjati f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.