+Artikolu 75 1.

Artikolu 75 1.

Sal-31 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha, billi tieħu kont bis-sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, tadotta att delegat skont l-Artikolu 117 li jissupplimenta din id-Direttiva billi jistabbilixxi rata massima unika ta’ terminazzjoni ta’ sejħiet bil-vuċi fuq linja mobbli fl-Unjoni kollha u rata massima unika ta’ terminazzjoni ta’ sejħiet bil-vuċi fuq linja fissa fl-Unjoni kollha (flimkien imsejħa ’rati ta’ terminazzjoni bil-vuċi fl-Unjoni kollha’), li jkunu imposti fuq kwalunkwe fornitur ta’ servizzi ta’ terminazzjoni ta’ sejħiet bil-vuċi fuq linja mobbli jew ta’ servizzi ta’ terminazzjoni ta’ sejħiet bil-vuċi fuq linja fissa, rispettivament, fi kwalunkwe Stat Membru.

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha:

(a) 

tikkonforma mal-prinċipji, il-kriterji u l-parametri previsti fl-Anness III;

(b) 

meta tistabbilixxi għall-ewwel darba r-rati ta’ terminazzjoni bil-vuċi fl-Unjoni kollha, għandha tqis il-medja ponderata tal-ispejjeż effiċjenti fin-netwerks fissi u mobbli stabbiliti f’konformità mal-prinċipji previsti fl-Anness III applikati fl-Unjoni kollha; ir-rati ta’ terminazzjoni bil-vuċi fl-Unjoni kollha fl-ewwel att delegat ma għandhomx ikunu ogħla mill-ogħla rata fost ir-rati li kienu fis-seħħ sitt xhur qabel l-adozzjoni ta’ dak l-att delegat fl-Istati Membri kollha, wara kwalunkwe aġġustament meħtieġ għal ċirkostanzi nazzjonali eċċezzjonali;

(c) 

tieħu kont tal-għadd totali ta’ utenti finali f’kull Stat Membru, biex tiżgura ponderazzjoni xierqa tar-rati massimi ta’ terminazzjoni, kif ukoll iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jwasslu għal differenzi sinifikanti bejn Stati Membri meta jiġu biex jiddeterminaw ir-rati massimi ta’ terminazzjoni fl-Unjoni;

(d) 

tieħu kont tal-informazzjoni dwar is-suq ipprovduta mill-BEREC, mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jew direttament, mill-impriżi li jipprovdu netwerks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi; u

(e) 

tikkunsidra l-ħtieġa li jitħalla perijodu transizzjonali ta’ mhux aktar minn 12-il xahar sabiex jippermetti aġġustamenti fi Stati Membri fejn dan ikun meħtieġ abbażi tar-rati imposti preċedentement.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.