+Artikolu 79 Proċedura ta’ impenji
---+Artikolu 79 1.
---+Artikolu 79 2.
---+Artikolu 79 3.
---+Artikolu 79 4.
|
Artikolu 79 Proċedura ta’ impenji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 79 1.
|
L-impriżi deżinjati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq jistgħu joffru lill-awtorità regolatorja nazzjonali impenji rigward kondizzjonijiet għalaċċess jew koinvestiment, jew għat-tnejn, li jkunu japplikaw għan-netwerks tagħhom, fir-rigward ta’, fost l-oħrajn:
(a)
arranġamenti kooperattivi rilevanti għall-valutazzjoni ta’ obbligi xierqa u proporzjonati skont l-Artikolu 68;
(b)
koinvestiment f’netwerks b’kapaċità kbira ħafna skont l-Artikolu 76; jew
(c)
aċċess effettiv u nondiskriminatorju minn partijiet terzi skont l-Artikolu 78, kemm matul perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ separazzjoni volontarja minn impriża integrata vertikalment kif ukoll wara li tkun implimentata l-għamla ta’ separazzjoni proposta.
L-offerta għal impenji għandha tkun suffiċjentement dettaljata inkluż rigward iż-żmien u l-ambitu tal-implimentazzjoni tagħhom u t-tul ta’ żmien tagħhom, sabiex l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tista’ twettaq il-valutazzjoni tagħha skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Tali impenji jistgħu jestendu lil hinn mill-perijodi għat-twettiq tal-analiżi tas-suq prevista fl-Artikolu 67(5).
|
|
Artikolu 79 2.
|
Sabiex jiġi vvalutat kwalunkwe impenn offrut minn impriża skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha, ħlief meta tali impenji evidentement ma jissodisfawx kondizzjoni waħda jew kriterju wieħed jew aktar, twettaq test tas-suq, partikolarment dwar it-termini offruti, billi twettaq konsultazzjoni pubblika ma’ partijiet interessati, b’mod partikolari partijiet terzi li jkunu affettwati direttament. Il-koinvestituri potenzjali jew persuni li jfittxu l-aċċess jistgħu jipprovdu fehmiet dwar il-konformità tal-impenji offruti mal-kondizzjonijiet previsti, kif applikabbli, fl-Artikolu 68, 76 jew 78 u jistgħu jipproponu bidliet.
Fir-rigward tal-impenji offruti taħt dan l-Artikolu, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha, meta tivvaluta l-obbligi skont l-Artikolu 68(4), jkollha kunsiderazzjoni partikolari, ta’:
(a)
evidenza fir-rigward tan-natura ġusta u raġonevoli tal-impenji offruti;
(b)
l-apertura tal-impenji għall-parteċipanti kollha fis-suq,
(c)
id-disponibbiltà ta’ aċċess f’waqtha skont kondizzjonijiet ta’ aċċess ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji, inkluż lil netwerks b’kapaċità kbira ħafna, qabel il-varar ta’ servizzi bl-imnut relatati; u
(d)
l-adegwatezza globali tal-impenji offruti biex jippermettu kompetizzjoni sostenibbli fi swieq downstream u biex jiffaċilitaw l-introduzzjoni u l-adozzjoni kooperattivi ta’ netwerks b’kapaċità kbira ħafna fl-interess tal-utenti finali.
B’kont meħud tal-fehmiet kollha espressi fil-konsultazzjoni, u sa fejn tali fehmiet huma rappreżentattivi tal-partijiet ikkonċernati, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkomunika lill-impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq il-konklużjonijiet preliminari tagħha dwar jekk l-impenji offruti jikkonformawx mal-objettivi, kriterji u proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu u, kif applikabbli, fl-Artikolu 68, 76 jew 78, u taħt liema kondizzjonijiet hija tista’ tikkunsidra tagħmel l-impenji vinkolanti. L-impriża tista’ tirrevedi l-offerta inizjali tagħha sabiex tieħu kont tal-konklużjonijiet preliminari tal-awtorità regolatorja nazzjonali u bil-ħsieb li jiġu sodisfatti l-kriterji stabbiliti f’dan l-Artikolu u, kif applikabbli, fl-Artikolu 68, 76 jew 78.
|
|
Artikolu 79 3.
|
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 76(2), l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ toħroġ deċiżjoni sabiex tagħmel l-impenji vinkolanti, kollha kemm huma jew parzjalment.
B’deroga mill-Artikolu 67(5), l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tagħmel vinkolanti xi impenji jew kollha kemm huma għal perijodu speċifiku li jista’ jkun il-perijodu kollu li matulu jiġu offruti, u fil-każ ta’ impenji ta’ koinvestiment li saru vinkolanti skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 76(2), hija għandha tagħmilhom vinkolanti għal perijodu ta’ mhux inqas minn seba’ snin.
Soġġett għall-Artikolu 76, dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-proċedura ta’ analiżi tas-suq skont l-Artikolu 67 u l-impożizzjoni ta’ obbligi skont l-Artikolu 68.
Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tagħmel vinkolanti impenji skont dan l-Artikolu, hija għandha tivvaluta taħt l-Artikolu 68 il-konsegwenzi ta’ dik id-deċiżjoni għall-iżvilupp tas-suq u l-adegwatezza ta’ kwalunkwe obbligu li hija imponiet jew li, fin-nuqqas ta’ dawk l-impenji, kienet tikkunsidra timponi skont dak l-Artikolu jew l-Artikoli 69 sa 74. Meta tinnotifika l-abbozz ta’ miżura rilevanti skont l-Artikolu 68 f’konformità mal-Artikolu 32, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha takkumpanja l-abbozz ta’ miżura nnotifikata b’deċiżjoni dwar l-impenji.
|
|
Artikolu 79 4.
|
L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timmonitorja, tissorvelja u tiżgura l-konformità mal-impenji li tkun għamlet vinkolanti skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu bl-istess mod li timmonitorja, tissorvelja u tiżgura l-konformità mal-obbligi imposti taħt l-Artikolu 68 u għandha tikkunsidra l-estensjoni tal-perijodu ta’ żmien li għalih kienu saru vinkolanti meta jiskadi l-perijodu inizjali. Jekk l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li impriża ma kkonformatx mal-impenji li saru vinkolanti skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, hija tista’ timponi penali fuq tali impriża skont l-Artikolu 29. Mingħajr preġudizzju għall-proċedura għall-iżgurar tal-konformità ta’ obbligi speċifiċi skont l-Artikolu 30, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tivvaluta mill-ġdid l-obbligi imposti skont l-Artikolu 68(6).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|