|
+Artikolu 79 3. |
Artikolu 79 3.Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 76(2), l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ toħroġ deċiżjoni sabiex tagħmel l-impenji vinkolanti, kollha kemm huma jew parzjalment. B’deroga mill-Artikolu 67(5), l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tagħmel vinkolanti xi impenji jew kollha kemm huma għal perijodu speċifiku li jista’ jkun il-perijodu kollu li matulu jiġu offruti, u fil-każ ta’ impenji ta’ koinvestiment li saru vinkolanti skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 76(2), hija għandha tagħmilhom vinkolanti għal perijodu ta’ mhux inqas minn seba’ snin. Soġġett għall-Artikolu 76, dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-proċedura ta’ analiżi tas-suq skont l-Artikolu 67 u l-impożizzjoni ta’ obbligi skont l-Artikolu 68. Fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tagħmel vinkolanti impenji skont dan l-Artikolu, hija għandha tivvaluta taħt l-Artikolu 68 il-konsegwenzi ta’ dik id-deċiżjoni għall-iżvilupp tas-suq u l-adegwatezza ta’ kwalunkwe obbligu li hija imponiet jew li, fin-nuqqas ta’ dawk l-impenji, kienet tikkunsidra timponi skont dak l-Artikolu jew l-Artikoli 69 sa 74. Meta tinnotifika l-abbozz ta’ miżura rilevanti skont l-Artikolu 68 f’konformità mal-Artikolu 32, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha takkumpanja l-abbozz ta’ miżura nnotifikata b’deċiżjoni dwar l-impenji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|