|
+Artikolu 79 2. |
Artikolu 79 2.Sabiex jiġi vvalutat kwalunkwe impenn offrut minn impriża skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha, ħlief meta tali impenji evidentement ma jissodisfawx kondizzjoni waħda jew kriterju wieħed jew aktar, twettaq test tas-suq, partikolarment dwar it-termini offruti, billi twettaq konsultazzjoni pubblika ma’ partijiet interessati, b’mod partikolari partijiet terzi li jkunu affettwati direttament. Il-koinvestituri potenzjali jew persuni li jfittxu l-aċċess jistgħu jipprovdu fehmiet dwar il-konformità tal-impenji offruti mal-kondizzjonijiet previsti, kif applikabbli, fl-Artikolu 68, 76 jew 78 u jistgħu jipproponu bidliet. Fir-rigward tal-impenji offruti taħt dan l-Artikolu, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha, meta tivvaluta l-obbligi skont l-Artikolu 68(4), jkollha kunsiderazzjoni partikolari, ta’:
(a)
evidenza fir-rigward tan-natura ġusta u raġonevoli tal-impenji offruti;
(b)
l-apertura tal-impenji għall-parteċipanti kollha fis-suq,
(c)
id-disponibbiltà ta’ aċċess f’waqtha skont kondizzjonijiet ta’ aċċess ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji, inkluż lil netwerks b’kapaċità kbira ħafna, qabel il-varar ta’ servizzi bl-imnut relatati; u
(d)
l-adegwatezza globali tal-impenji offruti biex jippermettu kompetizzjoni sostenibbli fi swieq downstream u biex jiffaċilitaw l-introduzzjoni u l-adozzjoni kooperattivi ta’ netwerks b’kapaċità kbira ħafna fl-interess tal-utenti finali. B’kont meħud tal-fehmiet kollha espressi fil-konsultazzjoni, u sa fejn tali fehmiet huma rappreżentattivi tal-partijiet ikkonċernati, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkomunika lill-impriża deżinjata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq il-konklużjonijiet preliminari tagħha dwar jekk l-impenji offruti jikkonformawx mal-objettivi, kriterji u proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu u, kif applikabbli, fl-Artikolu 68, 76 jew 78, u taħt liema kondizzjonijiet hija tista’ tikkunsidra tagħmel l-impenji vinkolanti. L-impriża tista’ tirrevedi l-offerta inizjali tagħha sabiex tieħu kont tal-konklużjonijiet preliminari tal-awtorità regolatorja nazzjonali u bil-ħsieb li jiġu sodisfatti l-kriterji stabbiliti f’dan l-Artikolu u, kif applikabbli, fl-Artikolu 68, 76 jew 78. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|