+Artikolu 93 4.

Artikolu 93 4.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn jagħmlu disponibbli firxa ta’ numri mhux ġeografiċi li jistgħu jintużaw għall-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi minbarra s-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali, fit-territorju kollu tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 531/2012 u għall-Artikolu 97(2) ta’ din id-Direttiva. Meta d-drittijiet tal-użu għar-riżorsi tan-numerazzjoni jkunu ngħataw skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu lil impriżi għajr fornituri ta’ netwerks jew servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, dan il-paragrafu għandu japplika għas-servizzi speċifiċi li d-drittijiet tal-użu jkunu ngħataw għall-forniment tagħhom.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet, elenkati fil-Parti E tal-Anness I li jistgħu jintrabtu mad-drittijiet tal-użu għal riżorsi tan-numerazzjoni użati għall-forniment ta’ servizzi barra l-Istat Membru tal-kodiċi tal-pajjiż, u l-infurzar tagħhom, ikunu daqstant stretti bħal-kondizzjonijiet u mill-infurzar applikabbli għas-servizzi pprovduti ġewwa l-Istat Membru tal-kodiċi tal-pajjiż, f’konformità ma’ din id-Direttiva. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jiżguraw ukoll f’konformità mal-Artikolu 94(6) li l-fornituri li jużaw ir-riżorsi tan-numerazzjoni tal-kodiċi tal-pajjiż tagħhom fi Stati Membri oħra jikkonformaw mar-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur u regoli nazzjonali oħrajn relatati mal-użu ta’ riżorsi tan-numerazzjoni applikabbli f’dawk l-Istati Membri fejn ikunu qed jintużaw ir-riżorsi tan-numerazzjoni. Dan l-obbligu hu mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta’ infurzar tal-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri.

Il-BEREC għandu jassisti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn fuq talba tagħhom, biex jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi tan-numerazzjoni bi dritt ta’ użu extraterritorjali fl-Unjoni.

Sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu, il-BEREC għandu jistabbilixxi bażi tad-data dwar ir-riżorsi tan-numerazzjoni bi dritt ta’ użu extraterritorjali fl-Unjoni. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħrajn għandhom jittrażmettu l-informazzjoni rilevanti lill-BEREC. Meta r-riżorsi tan-numerazzjoni bi dritt ta’ użu extraterritorjali ma jingħatawx mill-awtorità regolatorja nazzjonali, l-awtorità kompetenti responsabbli mill-għoti jew il-ġestjoni tagħhom għandha tikkonsulta lill-awtorità regolatorja nazzjonali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.