+Artikolu 109 Komunikazzjonijiet ta’ emerġenza u n-numru ta’ emerġenza uniku Ewropew
---+Artikolu 109 1.
---+Artikolu 109 2.
---+Artikolu 109 3.
---+Artikolu 109 4.
---+Artikolu 109 5.
---+Artikolu 109 6.
---+Artikolu 109 7.
---+Artikolu 109 8.
|
Artikolu 109 Komunikazzjonijiet ta’ emerġenza u n-numru ta’ emerġenza uniku Ewropew
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 109 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, l-utenti finali kollha tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 2, inkluż l-utenti ta’ telefons pubbliċi bi ħlas, ikollhom aċċess għas-servizzi ta’ komunikazzjoni ta’ emerġenza mingħajr ħlas u mingħajr ma jkollhom jużaw kwalunkwe mezz ta’ ħlas, billi jużaw in-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112” u kwalunkwe numru nazzjonali ta’ emerġenza speċifikat mill-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza permezz tan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112” minn netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li mhumiex pubblikament disponibbli iżda li jiffaċilitaw sejħiet lil netwerks pubbliċi, b’mod partikolari meta l-impriża responsabbli għal dak in-netwerk ma jipprovdix aċċess alternattiv u faċli għal servizz ta’ emerġenza.
|
|
Artikolu 109 2.
|
L-Istati Membri għandhom, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u s-servizzi ta’ emerġenza u l-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri disponibbli pubblikament, fejn dawk is-servizzi jippermettu lill-utenti finali joriġinaw sejħiet lejn numru fi pjan ta’ numerazzjoni nazzjonali jew internazzjonali, jipprovdu aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza permezz ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza lejn l-aktar PSAP adatt.
|
|
Artikolu 109 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull komunikazzjonijiet ta’ emerġenza lejn in-numru uniku Ewropew “112” ta’ emerġenza għandha titwieġeb b’mod xieraq u tiġi trattata bl-aktar mod adattat għall-organizzazzjoni nazzjonali tas-sistemi ta’ emerġenza. Dawn komunikazzjonijiet ta’ emerġenza għandhom jitwieġbu u jiġu ttrattati malajr u effiċjentement almenu daqs li kieku kienu komunikazzjonijiet ta’ emerġenza fuq in-numru jew numri nazzjonali ta’ emerġenza, fejn dawn ikunu għadhom jintużaw.
|
|
Artikolu 109 4.
|
Sal-21 ta’ Diċembru 2020 u kull sentejn sussegwentement, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effettività tal-implimentazzjoni tan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112”.
|
|
Artikolu 109 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess minn utenti finali b’diżabbiltajiet għal servizzi ta’ emerġenza jkun disponibbli permezz tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza u jkun ekwivalenti għal dak li minnu jgawdu utenti finali oħrajn f’konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Il-Kummissjoni u l-awtorità regolatorja nazzjonali u/jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-utenti finali b’diżabbiltajiet, huma u jivvjaġġaw fi Stat Membru ieħor, ikollhom aċċess għal servizzi ta’ emerġenza fuq bażi ekwivalenti bħal utenti finali oħrajn, fejn fattibbli, mingħajr ebda reġistrazzjoni minn qabel. Dawk il-miżuri għandhom ifittxu li jiżguraw l-interoperabbiltà fost l-Istati Membri u għandhom ikunu bbażati kemm jista’ jkun fuq standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej stabbiliti skont l-Artikolu 39. Tali miżuri ma għandhomx jimpedixxu lill-Istati Membri milli jadottaw rekwiżiti addizzjonali biex isegwu l-għanijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 109 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-post minn fejn issir is-sejħa ssir disponibbli lill-aktar PSAP adatt mingħajr dewmien wara li tiġi stabbilita l-komunikazzjoni ta’ emerġenza. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar mnejn qed issir is-sejħa li tkun ibbażata fuq in-netwerk kif ukoll, jekk disponibbli, dik li tkun toriġina minn handset. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istabbiliment u t-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn qed issir is-sejħa jkunu bla ħlas għall-utent finali u għall-PSAP fir-rigward tal-komunikazzjonijiet kollha ta’ emerġenza lejn in-numru uniku ta’ emerġenza Ewropew “112”. L-Istati Membri jistgħu jestendu dawk l-obbligi biex ikopru l-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza lejn in-numri nazzjonali ta’ emerġenza. L-awtoritajiet regolatorji kompetenti, jekk neċessarju wara konsultazzjoni mal-BEREC, għandhom jistabbilixxu kriterji għall-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta dwar il-post minn fejn qed issir is-sejħa.
|
|
Artikolu 109 7.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali jkunu informati adegwatament dwar l-eżistenza u l-użu tan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza “112”, kif ukoll il-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà tiegħu, inkluż permezz ta’ inizjattivi li jimmiraw speċifikament lil persuni li jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri u l-utenti finali b’diżabbiltajiet. Dik l-informazzjoni għandha tingħata f’formati aċċessibbli, li jindirizzaw tipi differenti ta’ diżabbiltà. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa u tikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri.
|
|
Artikolu 109 8.
|
Sabiex ikun żgurat aċċess effettiv għas-servizzi ta’ emerġenza permezz tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza lin-numru uniku ta’ emerġenza Ewropew “112” fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tadotta, wara konsultazzjoni mal-BEREC, atti delegati f’konformità mal-Artikolu 117 li jissupplimentaw il-paragrafi 2, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu dwar il-miżuri neċessarji biex tiżgura l-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà, il-kwalità, l-affidabbiltà u l-kontinwità tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza fl-Unjoni fir-rigward ta’ soluzzjonijiet ta’ informazzjoni dwar il-post mnejn qed issir is-sejħa, aċċess għall-utenti finali b’diżabbiltajiet u tidwir lejn l-aktar PSAP adatt. L-ewwel tali att delegat għandu jiġi adottat sal-21 ta’ Diċembru 2022.
Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati bla ħsara għall-organizzazzjoni tas-servizzi ta’ emerġenza, li għandhom jibqgħu fil-kompetenza esklussiva tal-Istati Membri, u ma għandu jkollhom ebda impatt fuqhom.
Il-BEREC għandu jżomm bażi ta’ data tan-numri E.164 tas-servizzi ta’ emerġenza tal-Istati Membri sabiex tiżgura li dawn ikunu kapaċi jikkuntattjaw lil xulxin minn Stat Membru għal ieħor, jekk ma tkunx miżmuma bażi ta’ data bħal dik minn organizzazzjoni oħra.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|