L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-fornituri ta’ servizzi tat-televiżjoni diġitali biex jiżguraw li, fejn ikun adatt, it-tagħmir tat-televiżjoni diġitali li jipprovdu lill-utenti finali tagħhom ikun interoperabbli sabiex, fejn ikun teknikament fattibbli, t-tagħmir tat-televiżjoni diġitali jista’ jerġa’ jintuża ma’ fornituri oħra ta’ servizzi tat-televiżjoni diġitali.
Bla ħsara għall-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li mat-tmiem tal-kuntratt tagħhom l-utenti finali jkollhom il-possibbiltà li jirritornaw it-tagħmir tat-televiżjoni diġitali bi proċess faċli u bla ħlas, ħlief jekk il-fornitur juri li dan huwa għalkollox interoperabbli mas-servizzi tat-televiżjoni diġitali ta’ fornituri oħra, inklużi dawk li l-utent finali jkun qaleb magħhom.
It-tagħmir tat-televiżjoni diġitali li jkun konformi ma’ standards armonizzati li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew ma’ partijiet minnhom għandu jitqies bħala li jikkonforma mar-rekwiżit ta’ interoperabbiltà stabbilit fit-tieni subparagrafu kopert minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.