Il-BEREC għandu, sal-21 ta’ Diċembru 2021 u sussegwentement kull tliet snin, jippubblika opinjoni dwar l-implimentazzjoni nazzjonali u l-funzjonament tal-awtorizzazzjoni ġenerali, u dwar l-impatt tagħhom fuq il-funzjonament tas-suq intern.
Il-Kummissjoni tista’ tippubblika, waqt li tieħu kont sħiħ tal-opinjoni tal-BEREC, rapport dwar l-applikazzjoni tal-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Parti I u tal-Anness I, u tista’ tippreżenta proposta leġislattiva biex temenda dawk id-dispożizzjonijiet, fejn hija tqis li dan ikun meħtieġ biex jiġu indirizzati ostakli għall-funzjonament korrett tas-suq intern.