+ANNESS VII KALKOLU TAL-ISPIŻA NETTA, JEKK IKUN HEMM, TA’ OBBLIGI TA’ SERVIZZ UNIVERSALI U STABBILIMENT TA’ KWALUNKWE MEKKANIŻMU TA’ KUMPENS JEW KONDIVIŻJONI SKONT L-ARTIKOLI 89 U 90

ANNESS VII KALKOLU TAL-ISPIŻA NETTA, JEKK IKUN HEMM, TA’ OBBLIGI TA’ SERVIZZ UNIVERSALI U STABBILIMENT TA’ KWALUNKWE MEKKANIŻMU TA’ KUMPENS JEW KONDIVIŻJONI SKONT L-ARTIKOLI 89 U 90




ANNESS VII

KALKOLU TAL-ISPIŻA NETTA, JEKK IKUN HEMM, TA’ OBBLIGI TA’ SERVIZZ UNIVERSALI U STABBILIMENT TA’ KWALUNKWE MEKKANIŻMU TA’ KUMPENS JEW KONDIVIŻJONI SKONT L-ARTIKOLI 89 U 90

Parti A:

Kalkolu tal-ispiża netta

L-obbligi għal servizz universali jirreferu għall-obbligi imqiegħda fuq impriża minn Stat Membru li jikkonċernaw il-forniment ta’ servizzi universali stabbiliti fl-Artikoli 84 sa 87.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkonsidraw il-mezzi kollha biex jiżguraw inċentivi adatti għall-impriżi (maħtura jew le) biex jipprovdu obbligi ta’ servizz universali b’effiċjenza fl-ispiża. Fit-twettiq ta’ eżerċizzju ta’ kalkolu, l-ispiża netta ta’ obbligi ta’ servizz universali għandha tiġi kalkolata bħala d-differenza bejn l-ispiża netta għal kwalunkwe impriża li topera bl-obbligi ta’ servizz universali imqabbla mal-operazzjoni mingħajr obbligi ta’ servizz universali. Attenzjoni debita għandha tingħata biex issir stima korretta tal-ispejjeż li x’impriża tkun għażlet li tevita li kieku ma kien hemm ebda obbligu ta’ servizz universali. Il-kalkolu tal-ispiża netta għandu jistma l-benefiċċji, inklużi benefiċċji intanġibbli, għall-fornitur ta’ servizz universali.

Il-kalkolu għandu jiġi bbażat fuq in-nefqiet attribwibbli għal:

(i) 

l-elementi tas-servizzi identifikati li jistgħu jiġu biss provduti b’telf jew provduti taħt kondizzjonijiet ta’ spiża li jaqgħu barra l-istandards normali kummerċjali.

Din il-kategorija tista’ tinkludi elementi ta’ servizz bħal aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza bit-telefon, il-forniment ta’ ċerti telefons pubbliċi bi ħlas, il-forniment ta’ ċerti servizzi jew tagħmir għal utenti finali b’diżabbiltajiet, u oħrajn;

(ii) 

utenti finali jew gruppi ta’ utenti finali speċifiċi li, waqt li jittieħed kont tal-ispiża għall-forniment tan-netwerk u servizz speċifiku, id-dħul ġenerat u kull medjar ġeografiku tal-prezzijiet imposti mill-Istat Membru, li s-servizz għalihom jista’ jsir biss b’telf jew taħt kondizzjonjiet tal-ispiża li jaqgħu barra li-standards normali tal-kummerċ.

Din il-kategorija tinkludi wkoll dawk l-utenti finali jew gruppi ta’ utenti finali li ma kinux jiġu servuti minn fornitur kummerċjali li ma kellux obbligu li jipprovdi servizz universali.

Il-kalkolu tal-ispiża netta ta’ aspetti speċifiċi ta’ obbligi ta’ servizz universali għandu jsir separatament u sabiex jiġi evitat għadd doppju ta’ xi benefiċċji u nefqiet diretti jew indiretti. L-ispiża netta globali ta’ obbligi ta’ servizzi universali għandha tiġi kkalkolata bħala s-somma tal-ispejjeż netti li jirriżultaw mill-komponenti speċifiċi ta’ obbligi ta’ servizz universali, waqt li jittieħed kont ta’ kull benefiċċju intanġibbli. Ir-responsabbiltà għall-verifikar tal-ispiża netta hija tal-awtorità regolatorja nazzjonali.

Parti B:

Kumpens għal spejjeż netti tal-obbligi ta’ servizz universali

L-irkupru jew l-iffinanzjar ta’ kull spiża netta ta’ obbligi ta’ servizz universali jista’ jirrikjedi li impriżi b’obbligi ta’ servizz universali jiġu kkumpensati għas-servizzi li jfornu taħt kondizzjonijiet mhux kummerċjali. Minħabba li dak il-kumpens jinvolvi trasferimenti finanzjarji, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk jitwettqu b’mod oġġettiv, trasparenti, mhux diskriminatorju u proporzjonat. Dan ifisser li t-trasferimenti jirriżultaw fl-anqas distorsjoni tal-kompetizzjoni u f’domanda tal-utent.

Skont l-Artikolu 90(3), mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni ibbażat fuq fond għandu juża mezzi trasparenti u newtrali għall-ġbir ta’ kontribuzzjonijiet li jevitaw il-periklu ta’ impożizzjoni doppja ta’ kontribuzzjonijiet li jaqgħu kemm fuq l-outputs kif ukoll fuq l-inputs tal-impriżi.

Il-korp indipendenti li jamministra l-fond għandu jkun responsabbli għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet minn impriżi li huma stmati bħala li għandhom l-obbligu li jikkontribwixxu għall-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali fl-Istat Membru u għandu jissorvelja it-trasferiment tas-somom dovuti jew ħlasijiet amministrattivi lill-impriżi intitolati li jirċievu l-ħlasijiet minn dak il-fond.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.