+ANNESS IX INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PPUBBLIKATA SKONT L-ARTIKOLU 103 (TRASPARENZA U PUBBLIKAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI)

ANNESS IX INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PPUBBLIKATA SKONT L-ARTIKOLU 103 (TRASPARENZA U PUBBLIKAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI)




ANNESS IX

INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PPUBBLIKATA SKONT L-ARTIKOLU 103 (TRASPARENZA U PUBBLIKAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI)

L-awtorità kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha r-responsabbiltà li tiżgura li l-informazzjoni f’dan l-Anness tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 103. L-awtorità kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiddeċiedi liema informazzjoni hija rilevanti biex tiġi ppubblikata mill-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet jew servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali disponibbli pubblikament, u liema informazzjoni għandha tkun ippubblikata mill-awtorità kompetenti nnifisha f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtorità regolatorja nazzjonali, sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali kollha jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati. Jekk jitqies xieraq, l-awtoritajiet kompetenti f’koordinazzjoni, fejn rilevanti, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippromwovu miżuri awtoregolatorji jew koregolatorji qabel ma jiġi impost kwalunkwe obbligu.

1. Dettalji ta’ kuntatt tal-impriża

2. Servizzi pubblikament disponibbli tat-telefon offruti

2.1. Il-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi offruti u l-karatteristiċi ewlenin ta’ kull servizz provdut, inkluż kwalunkwe livell minimu tal-kwalità tas-servizz fejn offruti u kwalunkwe restrizzjoni imposta mill-fornitur fuq l-użu tat-tagħmir terminali fornut.

2.2. Tariffi tas-servizzi offruti, inkluż l-informazzjoni dwar il-volumi tal-komunikazzjonijiet (bħal restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ data, numru ta’ minuti ta’ sejħiet bil-vuċi, numru ta’ messaġġi) ta’ pjani ta’ tariffi speċifiċi u dwar tariffi applikabbli għal unitajiet addizzjonali ta’ komunikazzjoni, numri jew servizzi soġġetti għal kondizzjonijiet ta’ ipprezzar partikolari, ħlasijiet għall-aċċess, u manutenzjoni, it-tipi kollha ta’ ħlasijiet għall-użu, skemi ta’ tariffi speċjali u mmirati u kwalunkwe imposta addizzjonali, kif ukoll spejjeż fir-rigward tat-tagħmir tat-terminal.

2.3. Servizzi ta’ wara l-bejgħ, manutenzjoni u assistenza għall-klijent offruti u d-dettalji tal-kuntatt tagħhom.

2.4. Kondizzjonijiet ta’ kuntratt standard, inklużi, it-tul taż-żmien tal-kuntratt, tariffi li jridu jitħallsu qabel terminazzjoni ta’ kuntratt, drittijiet marbuta mat-terminazzjoni tal-offerti f’pakkett jew l-elementi tagħhom, proċeduri u ħlasijiet diretti relatati mal-portabbiltà tan-numri u identifikaturi oħrajn, jekk dan ikun rilevanti.

2.5. Jekk l-impriża hija fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numru, informazzjoni dwar l-aċċess ta’ servizzi ta’ emerġenza u informazzjoni dwar il-post fejn ikun jinsab min qed jagħmel is-sejħa, jew kull limitazzjoni fuq dan tal-aħħar. Jekk l-impriża hija fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri, informazzjoni dwar il-grad sa fejn l-aċċess ta’ servizzi ta’ emerġenza jista’ jiġi sostnut jew le.

2.6. Dettalji tal-prodotti u s-servizzi, inkluż kull funzjoni, prattika, politika u proċedura u bidla fl-operazzjoni tas-servizz, speċifikament maħsuba għall-utenti finali b’diżabbiltajiet, f’konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi.

3. Mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim inklużi dawk żviluppati mill-impriża.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.