|
+Artikolu 3 3. |
Artikolu 3 3.L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-enerġija mill-bijomassa tiġi prodotta b’mod li jimminimizza effetti distortivi bla bżonn fuq is-suq tal-materja prima tal-bijomassa u impatt negattiv fuq il-bijodiversità, l-ambjent u l-klima. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jqisu l-ġerarkija tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE u għandhom jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-użu kaskata tal-bijomassa, b’enfasi fuq l-iskemi ta’ appoġġ u b’kunsiderazzjoni xierqa għall-ispeċifiċitajiet nazzjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri ifasslu skemi ta’ appoġġ għall-enerġija mill-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa b’tali mod li jevitaw l-inċentivar ta’ perkorsi mhux sostenibbli u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni mas-setturi tal-materjali, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-bijomassa tal-injam tintuża skont l-ogħla valur miżjud ekonomiku u ambjentali tagħha fl-ordni ta’ prijoritajiet li ġejja:
(a)
prodotti bbażati fuq l-injam;
(b)
l-estensjoni tal-ħajja operattiva ta’ prodotti bbażati fuq l-injam;
(c)
l-użu mill-ġdid;
(d)
ir-riċiklaġġ;
(e)
il-bijoenerġija; u
(f)
ir-rimi; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|