+Artikolu 4 Appoġġ finanzjarju għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
---+Artikolu 4 8.
---+Artikolu 4 9.
|
Artikolu 4 Appoġġ finanzjarju għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Sabiex tintlaħaq jew tinqabeż il-mira tal-Unjoni stabbilita fl-Artikolu 3(1), u l-kontribuzzjoni ta' kull Stat Membru lejn dik il-mira fil-livell nazzjonali għall-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, l-Istati Membri jistgħu japplikaw skemi ta' appoġġ.
|
|
Artikolu 4 2.
|
L-iskemi ta' appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandhom jipprovdu inċentivi għall-integrazzjoni tal-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli fis-suq tal-elettriku b'mod ibbażat fuq is-suq u li jirreaġixxi għas-suq, filwaqt li jevitaw distorsjonijiet bla bżonn fis-swieq tal-elettriku kif ukoll iqisu l-ispejjeż possibbli tal-integrazzjoni tas-sistema u l-istabbiltà tal-grilja.
|
|
Artikolu 4 3.
|
L-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandu jitfassal b'mod li tiġi massimizzata l-integrazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli fis-suq tal-elettriku u jiżgura li l-produtturi tal-enerġija rinnovabbli qed iwieġbu għas-sinjali tal-prezz tas-suq u jimmassimizzaw l-introjti tagħhom mis-suq. Għal dak il-għan, fir-rigward ta’ skemi diretti ta’ appoġġ għall-prezzijiet, l-appoġġ għandu jingħata fil-forma ta’ primjum tas-suq, li jista’ jkun, inter alia, varjabbli jew fiss. It-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-appoġġ għall-elettriku mis-sorsi elenkati fl-Artikolu 19d(4) tar-Regolament (UE) 2019/943, li għalih japplika l-Artikolu 19d(1) ta’ dak ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw installazzjonijiet u proġetti ta' dimostrazzjoni fuq skala żgħira minn dan il-paragrafu, mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni applikabbli dwar is-suq intern tal-elettriku.
|
|
Artikolu 4 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli jingħata b'mod miftuħ, trasparenti, kompetittiv, mhux diskriminatorju u kosteffiċjenti. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw installazzjonijiet u proġetti ta' dimostrazzjoni fuq skala żgħira minn proċeduri ta' sejħa għal offerti. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ukoll l-istabbliliment ta'mekkaniżmi biex jiżguraw id-diversifikazzjoni reġjonali fit-tnejid ta' elettriku li jiġġedded, b'mod partikolari biex jiżguraw integrazzjoni tas-sistema kosteffiċjenti.
|
|
Artikolu 4 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-proċeduri għas-sejħa għal offerti għal teknoloġiji speċifiċi fejn il-ftuħ għall-skemi ta' appoġġ tal-produtturi kollha ta' elettriku minn sorsi rinnovabbli jwassal għal riżultat subottimali, fid-dawl ta':
(a)
il-potenzjal fit-tul ta' teknoloġija partikolari;
(b)
il-ħtieġa li tinkiseb id-diversifikazzjoni;
(c)
l-ispejjeż għall-integrazzjoni tal-grilja;
(d)
il-limitazzjonijiet tan-netwerk u l-istabbiltà tal-grilja;
(e)
għall-bijomassa, il-bżonn li jiġu evitati d-distorsjonijiet fis-swieq tal-materja prima.
|
|
Artikolu 4 6.
|
Meta l-appoġġ għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli jingħata permezz ta' proċedura għas-sejħa għall-offerti, l-Istati Membri għandhom, sabiex tiġi żgurata rata għolja ta' twettiq tal-proġetti:
(a)
jistabbilixxu u jippubblikaw kriterji trasparenti u mhux diskriminatorji biex jikkwalifikaw għal proċedura għas-sejħa għal offerti u jistabbilixxu dati ċari u regoli għat-twettiq tal-proġett;
(b)
jippubblikaw informazzjoni dwar il-proċeduri għas-sejħa għal offerti preċedenti, inklużi r-rati ta' twettiq tal-proġetti.
|
|
Artikolu 4 7.
|
Sabiex tiżdied il-ġenerazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fir-reġjuni l-aktar imbiegħda u fil-gżejjer iż-żgħar, l-Istati Membri jistgħu jadattaw l-iskemi taappoġġ finanzjarju għal proġetti li jinsabu f'dawk ir-reġjuni sabiex iqisu l-ispejjeż tal-produzzjoni assoċjati mal-kundizzjonijiet speċifiċi tagħhom ta' iżolament u dipendenza esterna.
|
|
Artikolu 4 8.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2021 u kull tliet snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rendiment tal-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli mogħti permezz ta' sejħiet għal offerti fl-Unjoni, filwaqt li tanalizza b'mod partikolari, l-abbiltà ta' proċeduri għas-sejħa tal-offerti li:
(a)
jiksbu tnaqqis fl-ispejjeż;
(b)
jiksbu titjib teknoloġiku;
(c)
jiksbu rati għolja ta' twettiq;
(d)
jipprovdu l-parteċipazzjoni mhux diskriminatorja ta' atturi żgħar u tal-awtoritajiet lokali fejn applikabbli;
(e)
jillimitaw l-impatt ambjentali;
(f)
jiżguraw l-aċċettabbiltà lokali;
(g)
jiżguraw is-sigurtà tal-provvista u l-integrazzjoni tal-grilja.
|
|
Artikolu 4 9.
|
Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 TFUE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|