B’deroga mill-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4(2) u l-Anness I, il-punt 20, u l-Anness II, il-punt (3)(b), mid-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
21
), u b’deorga mill-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Istati Membri jistgħu, f’ċirkostanzi ġustifikati, inkluż meta dan ikun meħtieġ biex jiġi aċċelerat il-varar tal-enerġija rinnovabbli sabiex jintlaħqu l-miri tal-klima u tal-enerġija rinnovabbli, jeżentaw proġetti tal-grilja u tal-ħżin li huma meħtieġa għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku mill-valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2011/92/UE, minn valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tagħhom għas-siti ta’ Natura 2000 skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE u mill-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tagħhom fuq il-protezzjoni tal-ispeċijiet skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 92/43/KEE u skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/147/KE, dment li l-proġett tal-grilja jew tal-ħażna ikun jinsab f’żona ta’ infrastruttura ddedikata ddeżinjata f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li jikkonforma mar-regoli stabbiliti, inkluż dwar miżuri ta’ mitigazzjoni proporzjonati li għandhom jiġu adottati f’konformità mal-paragrafu 1, punt (e), ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu tali eżenzjonijiet fir-rigward ta’ żoni ta’ infrastruttura ddeżinjati qabel l-20 ta’ Novembru 2023 jekk kienu soġġetti għal valutazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42/KE. Tali derogi ma għandhomx japplikaw għall-proġetti li x’aktarx iħallu effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor jew meta jintalbu minn Stat Membru li x’aktarx ikun ser jintlaqat b’mod sinifikanti, kif previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/92/UE.