+Artikolu 15e Żoni għall-infrastruttura tal-grilja u tal-ħżin meħtieġa għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku
---+Artikolu 15e 1.
---+Artikolu 15e 2.
---+Artikolu 15e 3.
---+Artikolu 15e 4.
---+Artikolu 15e 5.

Artikolu 15e Żoni għall-infrastruttura tal-grilja u tal-ħżin meħtieġa għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15e 1.

L-Istati Membri jistgħu jadottaw pjan wieħed jew aktar biex jiddeżinjaw żoni ta’ infrastruttura ddedikati għall-iżvilupp ta’ proġetti tal-grilja u tal-ħżin li huma meħtieġa għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku, fejn tali żvilupp ma jkunx mistenni li jkollu impatt ambjentali sinifikanti, fejn tali impatt jista’ jiġi mitigat kif xieraq jew, fejn dan ma jkunx possibbli, jiġi kkumpensat. L-għan ta’ tali żoni għandu jkun biex jappoġġja u jikkomplimenta ż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli. Dawk il-pjanijiet għandhom:

(a) 

għall-proġetti tal-grilja, jevitaw is-siti ta’ Natura 2000 u ż-żoni deżinjati għall-konservazzjoni tan-natura u tal-bijodiversità fl-ambitu ta’ skemi ta’ protezzjoni nazzjonali, sakemm ma jkunx hemm alternattivi proporzjonati għall-varar tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tas-sit;

(b) 

għall-proġetti ta’ ħżin, jeskludu s-siti ta’ Natura 2000 u ż-żoni deżinjati fl-ambitu ta’ skemi ta’ protezzjoni nazzjonali;

(c) 

jiżguraw sinerġiji mad-deżinjazzjoni ta’ żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli;

(d) 

ikunu soġġetti soġġetti għal valutazzjoni ambjentali strateġika skont id-Direttiva 2001/42/KE u, meta xieraq, għal valutazzjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE; u

(e) 

jistabbilixxu regoli xierqa u proporzjonati, inkluż dwar miżuri ta’ mitigazzjoni proporzjonati li għandhom jiġu adottati għall-iżvilupp ta’ proġetti tal-grilja u tal-ħżin sabiex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq l-ambjent li jistgħu jinħolqu, jew fejn mhux possibbli li jiġu evitati tali effetti, biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti.

Waqt li jħejjutali pjanijiet, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-operaturi tas-sistema tal-infrastruttura rilevanti.

Artikolu 15e 2.
B’deroga mill-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4(2) u l-Anness I, il-punt 20, u l-Anness II, il-punt (3)(b), mid-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ), u b’deorga mill-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Istati Membri jistgħu, f’ċirkostanzi ġustifikati, inkluż meta dan ikun meħtieġ biex jiġi aċċelerat il-varar tal-enerġija rinnovabbli sabiex jintlaħqu l-miri tal-klima u tal-enerġija rinnovabbli, jeżentaw proġetti tal-grilja u tal-ħżin li huma meħtieġa għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku mill-valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2011/92/UE, minn valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tagħhom għas-siti ta’ Natura 2000 skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE u mill-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tagħhom fuq il-protezzjoni tal-ispeċijiet skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 92/43/KEE u skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/147/KE, dment li l-proġett tal-grilja jew tal-ħażna ikun jinsab f’żona ta’ infrastruttura ddedikata ddeżinjata f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li jikkonforma mar-regoli stabbiliti, inkluż dwar miżuri ta’ mitigazzjoni proporzjonati li għandhom jiġu adottati f’konformità mal-paragrafu 1, punt (e), ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu tali eżenzjonijiet fir-rigward ta’ żoni ta’ infrastruttura ddeżinjati qabel l-20 ta’ Novembru 2023 jekk kienu soġġetti għal valutazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42/KE. Tali derogi ma għandhomx japplikaw għall-proġetti li x’aktarx iħallu effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor jew meta jintalbu minn Stat Membru li x’aktarx ikun ser jintlaqat b’mod sinifikanti, kif previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/92/UE.
Artikolu 15e 3.
Meta Stat Membru jeżenta tali proġetti tal-grilja u tal-ħażna skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu mill-valutazzjonijiet msemmija f’dak il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak -Istat Membru għandhom iwettqu l-proċess tal-iskrinjar ta’ proġetti li jinsabu f’żoni ta’ infrastruttura ddedikata. Tali proċess tal-iskrinjar għandu jkun ibbażat fuq data eżistenti mill-valutazzjoni ambjentali skont id-Direttiva 2001/42/KE. L-awtoritajiet kompetenti jitgħu jitolbu lill-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali disponibbli. Il-proċess tal-skrinjar għandu jiġi ffinalizzat fi żmien 30 jum. Għandu jkollu l-għan li jidentifika jekk kwalunkwe minn tali proġetti għandux probabbiltà kbira li jikkawża effetti negattivi sinifikanti imprevisti fid-dawl tas-sensittività ambjentali taż-żoni ġeografiċi fejn ikun jinsab, li ma jkunux ġew identifikati matul il-valutazzjoni ambjentali tal-pjanijiet li jiddeżinjaw iż-żoni ta’ infrastruttura ddedikata mwettqa skont id-Direttiva 2001/42/KE u, meta rilevanti, skont id-Direttiva 92/43/KEE.
Artikolu 15e 4.
Meta l-proċess ta’ skrinjar jidentifika proġett bi probabbiltà kbira li jikkawża effetti negattivi sinificanti mhux previsti msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura, abbażi tad-data eżistenti, li jiġu applikati miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa u proporzjonati biex jindirizza dawk l-effetti. Meta ma jkunx possibli li jiġu applikati tali miżuri ta’ mitigazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-operatur jadotta miżuri kumpensatorji xierqa biex jindirizza dawk l-effetti, li, jekk miżuri kumpensatorji oħrajn mhumiex disponibbli, jistgħu jieħdu l-forma ta’ kumpens monetarju għall-programmi ta’ protezzjoni tal-ispeċijiet, sabiex jiġi żgurat jew imtejjeb l-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet milquta.
Artikolu 15e 5.
Meta l-integrazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku tirrikjedi proġett sabiex isir rinfurzar tal-infrastruttura tal-grilja f’żoni ta’ infrastruttura ddedikata jew barra minnhom, u tali proġett ikun soġġett għall-proċess ta’ skrinjar skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, għal determinazzjoni jekk il-proġett jirrikjedix valutazzjoni tal-impatt ambjentali jew valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/92/UE, tali proċess tal-iskrinjar, determinazzjoni jew valutazzjoni tal-impatt ambjentali għandhom ikunu limitati għall-impatt potenzjali li jirriżulta mill-bidla jew mill-estensjoni meta mqabbla mal-infrastruttura tal-grilja oriġinali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.