+Artikolu 16 L-organizzazzjoni u l-prinċipji ewlenin tal-proċedura għall-ħruġ tal-permessi
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
---+Artikolu 16 7.
---+Artikolu 16 8.
---+Artikolu 16 9.

Artikolu 16 L-organizzazzjoni u l-prinċipji ewlenin tal-proċedura għall-ħruġ tal-permessi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
Il- proċedura għall-ħruġ tal-permessi għandha tkopri l-permessi amministrattivi rilevanti kollha biex jinbnew, jiġu repowered, u jitħaddmu l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli, inklużi dawk li jikkombinaw sorsi differenti ta’ enerġija rinnovabbli, pompi tas-sħana, u ħażna tal-enerġija kolokalizzat, inklużi l-faċilitajiet tal-enerġija u termiċi, kif ukoll l-assi meħtieġa għall-konnessjoni ta’ tali mpjanti, pompi tas-sħana u ħażna mal-grilja, għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fin-networks tat-tisħin u t-tkessiħ inklużi permessi għall-konnessjoni mal-grilja u, fejn meħtieġ, valutazzjonijiet ambjentali. Il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi għandha tinkludi l-istadji amministrattivi kollha mir-rikonoxximent tal-kompletezza tal-applikazzjoni għall-permess skont il-paragrafu 2 għan-notifika tad-deċiżjoni finali dwar l-eżitu tal-proċedura għall-ħruġ tal-permessi mill-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti rilevanti.
Artikolu 16 2.
Fi żmien 30 jum, għall-impjanti tal-enerġija rinnovabbli li jinsabu f’żoni ta’ aċċelerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, u fi żmien 45 jum għall-impjanti tal-enerġija rinnovabbli li jinsabu barra miż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, minn meta tirċievi applikazzjoni għal permess, l-awtorità kompetenti għandha tirrikonoxxi l-kompletezza tal-applikazzjoni jew, jekk l-applikant ma jkunx bagħat l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi pproċessata l-applikazzjoni, titlob li l-applikant jippreżenta applikazzjoni kompluta mingħajr dewmien bla bżonn. Id-data ta’ rikonoxximent tal-kompletezza tal-applikazzjoni mill-awtorità kompetenti għandha sservi bħala l-bidu tal-proċedura għall-ħruġ tal-permessi.
Artikolu 16 3.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jiddeżinjaw punt ta’ kuntatt wieħed jew aktar. Dawk il-punti ta’ kuntatt għandhom, fuq talba tal-applikant, jiggwidaw u jiffaċilitaw l-applikant matul il-proċedura amministrattiv tal-applikazzjoni għall-permess u għall-ħruġ tal-permessi kollha. L-applikant ma għandux jintalab jikkuntattja aktar minn punt ta’ kuntatt wieħed matul il-proċedura kollha. Il-punt ta’ kuntatt għandu jiggwida lill-applikant tul il-proċedura amministrattiva tal-applikazzjoni għall-permess, inkluż il-passi relatati mal-protezzjoni tal-ambjent, b’mod trasparenti sal-ħruġ ta’ deċiżjoni waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti fi tmiem il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi, jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa kollha lill-applikant u, meta jkun xieraq, jinvolvi lil awtoritajiet amministrattivi oħra. Il-punt ta’ kuntatt għandu jiżgura li l-iskadenzi għall-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi stabbiliti f’din id-Direttiva huma sodisfatti. L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jissottomettu d-dokumenti rilevanti f’format diġitali. Sal-21 ta’ Novembru 2025, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi kollha jsiru b’forma elettronika.
Artikolu 16 4.
Il-punt ta’ kuntatt għandu jipprovdi manwal tal-proċeduri għall-iżviluppaturi tal-impjanti tal-enerġija rinnovabbli, u dik l-informazzjoni għandu jipprovdiha online, filwaqt li jindirizza b’mod li jiddistinwgi bejn il-proġetti tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira, il-proġetti ta’ awtokonsumaturi ta’ sorsi rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli. L-informazzjoni online għandha tindika l-punt ta’ kuntatt rilevanti għall-applikazzjoni in kwistjoni. Jekk Stat Membru jkollu aktar minn punt ta’ kuntatt wieħed, l-informazzjoni online għandha tindika l-punt ta’ kuntatt rilevanti għall-applikazzjoni in kwistjoni.
Artikolu 16 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti u l-pubbliku ġenerali jkollhom aċċess faċli għal proċeduri sempliċi għas-soluzzjoni għat-tilwim rigward il-proċedura għall-għoti tal-permessi u għall-ħruġ tal-permessi biex jinbnew u jitħaddmu l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli, inkluż meta applikabbli, mekkaniżmi alternattiv għas-soluzzjoni għat-tilwim.
Artikolu 16 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appelli amministrattivi u ġudizzjarji fil-kuntest ta’ proġett għall-iżvilupp ta’ impjant tal-enerġija rinnovabbli, il-konnessjoni ta’ dak l-impjant mal-grilja u l-assi meħtieġa għall-iżvilupp tan-networks tal-infrastruttura tal-enerġija meħtieġa għall-integrazzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-sistema tal-enerġija, inklużi l-appelli relatati ma’ aspetti ambjentali, huma soġġetti għall-aktar proċedura amministrattiva u ġudizzjarja rapida disponibbli fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti.
Artikolu 16 7.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu riżorsi adegwati biex jiżguraw persunal kwalifikat, titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom f’konformità mal-kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli installata ppjanata prevista fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima ppreżentati skont l-Artikoli 3 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999. L-Istati Membri għandhom jassistu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali sabiex jiffaċilitaw il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi.
Artikolu 16 8.

Għajr meta jikkoinċidi ma’ stadji amministrattivi oħra tal-proċedura għall-ħruġ tal-permessi, il-perjodu ta’ żmien tal-proċedura għall-ħruġ tal-permessi ma għandux jinkludi:

(a) 

iż-żmien li fih l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli, il-konnessjonijiet mal-grilja tagħhom u, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-istabbiltà tal-grilja, l-affidabbiltà tal-grilja u s-sikurezza tal-grilja, l-infrastruttura tal-grilja meħtieġa relatata jkunu qed jinbnew jew jiġu repowered;

(b) 

iż-żmien għall-istadji amministrattivi meħtieġa għal titjib sinifikanti tal-grilja li jkun meħtieġ biex jiġu żgurati l-istabbiltà tal-grilja, l-affidabbiltà tal-grilja u s-sikurezza tal-grilja;

(c) 

iż-żmien għal kwalunkwe appelli u rimedji ġudizzjarji, proċedimenti oħra quddiem qorti jew tribunal, u mekkaniżmi alternattivi ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim, inklużi proċeduri ta’ ilmenti u appelli u rimedji mhux ġudizzjarji.

Artikolu 16 9.
Id-deċiżjonijiet kollha li jirriżultaw mill-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi msemmija għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku skont il-liġi applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.