+Artikolu 16b Il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi barra miż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli
---+Artikolu 16b 1.
---+Artikolu 16b 2.
|
Artikolu 16b Il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi barra miż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16b 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura għall-ħruġ tal-permessi msemmi fl-Artikolu 16(1) ma għandux jaqbeż is-sentejn għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli li jinsabu barra miż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli. Madankolly, fil-każ ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi ma għandhiex taqbeż it-tliet snin. Meta debitament ġustifikat abbażi ta’ ċirkostanzi straordinarji, inkluż meta dawn jeħtieġu perjodi estiżi meħtieġa għal valutazzjonijiet skont il-liġi ambjentali applikabbli tal-Unjoni, l-Istati Memrbi jistgħu jestendu wieħed minn dawk il-perjodi b’mhux aktar minn sitt xhur. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-iżviluppatur b’mod ċar biċ-ċirkostanzi straordinarji li jiġġustifikaw tali estensjoni.
|
|
Artikolu 16b 2.
|
Meta tkun meħtieġa valutazzjoni ambjentali skont id-Direttivi 2011/92/UE jew 92/43/KEE, din għandha ssir bi proċedura waħda li tgħaqqad il-valutazzjonijiet rilevanti kollha għal proġett tal-enerġija rinnovabbli partikolari. Meta tkun meħtieġa tali valutazzjoni tal-impatt ambjentali, l-awtorità kompetenti, filwaqt li tqis l-informazzjoni li pprovda l-iżviluppatur tal-proġett, għandha toħroġ opinjoni dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li l-iżviluppatur tal-proġett għandu jinkludi fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali, li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha ma għandux jiġi estiż sussegwentement. Meta l-proġett tal-enerġija rinnovabbli speċifiċi jkun adotta miżuri meħtieġa ta’ mitigazzjoni, kwalunkwe qtil jew tfixkil tal-ispeċijiet protetti skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 92/43/KEE u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/147/KE ma għandux jitqies li jkun intenzjonat. Meta l-miżuri ġodda ta’ mitigazzjoni li jipprevjenu kemm jista’ jkun il-qtil jew it-tfixkil tal-ispeċijiet protetti skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE, jew kwalunkwe impatt ambjentali ieħor, ma jkunux ġew ittestjati b’mod wiesa’ fir-rigward tal-effettività tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu tagħhom għal proġett pilota wieħed jew aktar għal perjodu ta’ żmien limitat, dment li l-effettività ta’ tali miżuri ta’ mitigazzjoni tiġi mmonitorjata mill-qrib u jittieħdu l-passi xierqa minnufih jekk ma jurux li huma effettivi. Il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi għar-repowering ta’ impjanti tal-enerġija rinnovabbli, għal installazzjonijiet ġodda b’kapaċità elettrika ta’ inqas minn 150 kW u għall-ħażna tal-enerġija kolokalizzata, kif ukoll għall-konnessjoni ta’ tali mpjanti, installazzjonijiet u ħażna mal-grilja, li jkunu jinsabu barra miż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli, ma għandhiex taqbeż 12-il xahar, inkluż fir-rigward ta’ valutazzjonijiet ambjentali meta dawn ikunu meħtieġa mil-liġi rilevanti. Madankollu, fil-każ ta’ proġetti tal-enerġija bir-riħ lil hinn mill-kosta, il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi ma għandhiex taqbeż is-sentejn. Fejn debitament ġustifikat abbażi ta’ ċirkostanzi straordinarji, l-Istati Membri jistgħu jestendu wieħed minn dawk il-perjodi b’mhux aktar minn tliet xhur. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-iżviluppatur tal-proġetti b’mod ċar biċ-ċirkostanzi straordinarji li jiġġustifikaw tali estensjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|