+Artikolu 16c Aċċelerazzjoni tal-proċedura għall-ħruġ tal-permessi għal repowering
---+Artikolu 16c 1.
---+Artikolu 16c 2.
---+Artikolu 16c 3.
|
Artikolu 16c Aċċelerazzjoni tal-proċedura għall-ħruġ tal-permessi għal repowering
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16c 1.
|
Meta r-repowering ta’ impjant tal-enerġija rinnovabbli ma jirriżultax f’żieda tal-kapaċità ta’ impjant tal-enerġija rinnovabbli lil hinn minn 15 %, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt ambjentali potenzjali meħtieġa skont il-paragrafu 2, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi għal konnessjonijiet mat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni ma għandhomx jaqbżu tliet xhur wara l-applikazzjoni lill-entità rilevanti sakemm ma jkunx hemm tħassib ġustifikat dwar is-sikurezza, jew ikun hemm inkompatibbiltà teknika mal-komponenti tas-sistema.
|
|
Artikolu 16c 2.
|
Meta r-repowering ta’ impjant tal-enerġija rinnovabbli jkun soġġett għal proċess tal-iskrinjar deskritta fl-Artikolu 16a(4) jew għal determinazzjoni dwar jekk il-proġett jirrikjedix valutazzjoni tal-impatt ambjentali jew valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/92/UE, tali proċess tal-iskrinjar, determinazzjoni jew valutazzjoni ambjentali tal-impatt għandhom ikunu limitati għall-impatti potenzjali li jirriżultaw minn bidla jew minn estensjoni meta mqabbla mal-proġett oriġinali.
|
|
Artikolu 16c 3.
|
Meta r-repowering ta’ installazzjonijiet solari ma jinvolvix l-użu ta’ spazju addizzjonali u jikkonforma mal-miżuri ta’ mitigazzjoni ambjentali applikabbli stabbiliti għall-installazzjoni solari oriġinali, il-proġett għandu jiġi eżentat min kwalunkwe rekwiżit applikabbli biex jitwettaq il-proċess tal-skrinjar previst fl-Artikolu 16a(4), biex jiddetermina jekk il-proġett jirrikjedix valutazzjoni tal-impatt ambjentali, jew biex titwettaq valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/92/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|