+Artikolu 16e Il-proċedura għall-ħruġ tal-permissi għall-installazzjoni tal-pompi tas-sħana
---+Artikolu 16e 1.
---+Artikolu 16e 2.
---+Artikolu 16e 3.
---+Artikolu 16e 4.

Artikolu 16e Il-proċedura għall-ħruġ tal-permissi għall-installazzjoni tal-pompi tas-sħana

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16e 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura għall-ħruġ tal-permessi għall-installazzjoni tal-pompi tas-sħana ta’ inqas minn 50 MW ma għandiex taqbeż ix-xahar. Madankollu, fil-każ ta’ pompi tas-sħana ġeotermika, il-proċedura għall-ħruġ tal-permessi ma għandiex taqbeż it-tliet xhur.
Artikolu 16e 2.

Sakemm ma jkunx hemm tħassib ġustifikat dwar is-sikurezza, sakemm ikunu meħtieġa xogħlijiet ulterjuri għal konnessjonijiet mal-grilja jew sakemm ikun hemm inkompatibbiltà teknika tal-komponenti tas-sistema, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konnessjonijiet mal-grilja tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni għandhom ikunu permessi fi żmien ġimgħatejn min- notifika lill-entità rilevanti għal:

(a) 

pompi tas-sħana ta’ kapaċità elettrika sa 12 kW; u;

(b) 

pompi tas-sħana ta’ kapaċità elettrika sa 50 kW installati minn awtokonsumaturi ta’ sorsi rinnovabbli, dment li l-kapaċità elettrika tal-installazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli tal-awtokonsumatur ta’ sorsi rinnovabbli tammonta għal mill-anqas 60 % tal-kapaċità elettrika tal-pompa tas-sħana.

Artikolu 16e 3.
L-Istati Membri jistgħu jeskludu ċerti żoni jew strutturi mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 għal fini ta’ protezzjoni tal-wirt kulturali jew storiku, interessi nazzjonali tad-difiża, jew raġunijiet ta’ sikurezza.
Artikolu 16e 4.
Id-deċiżjonijiet kollha li jirriżultaw mill-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku f’konformità mal-liġi applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.