|
+Artikolu 19 7. |
Artikolu 19 7.Garanzija tal-oriġini għandha tispeċifika, għall-inqas:
(a)
is-sors ta’ enerġija li minnu ġiet prodotta l-enerġija u d-dati ta’ bidu u ta’ tmiem tal-produzzjoni, li jistgħu jiġu speċifikati;
(i)
fil-każ tal-gass rinnovabbli, inklużi l-karburanti gassużi rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, u t-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli, f’intervall ta’ siegħa jew subsiegħa;
(ii)
għall-elettriku rinnovabbli, f’konformità mal-perjodu tal-issetiljar tal-iżbilanċ kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (15), tar-Regolament (UE) 2019/943;
(b)
jekk din hijiex relatata ma':
(i)
l-elettriku;
(ii)
il-gass, inkluż l-idroġenu; jew
(iii)
it-tisħin jew it-tkessiħ;
(c)
l-identità, il-post, it-tip u l-kapaċità tal-impjant fejn ġiet prodotta l-enerġija;
(d)
jekk l-impjant ibbenefika minn appoġġ għall-investiment u jekk l-unità tal-enerġija bbenefikat b'xi mod minn skema ta' appoġġ nazzjonali, u t-tip ta' skema ta' appoġġ;
(e)
id-data li fiha l-impjant sar operattiv; u
(f)
id-data u l-pajjiż ta' ħruġ u numru ta' identifikazzjoni uniku. Informazzjoni simplifikata tista' tkun speċifikata għall-garanziji tal-oriġini minn installazzjonijiet ta' inqas minn 50 kW. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|