+Artikolu 25 Żieda fl-enerġija rinnovabbli u t-tnaqqis fl-intensità tal-gassijiet serra fis-settur tat-trasport
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
|
Artikolu 25 Żieda fl-enerġija rinnovabbli u t-tnaqqis fl-intensità tal-gassijiet serra fis-settur tat-trasport
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1.
|
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi obbligu fuq il-fornituri tal-karburanti biex jiġi żgurat li:
(a)
il-kwantità ta’ karburanti rinnovabbli u ta’ elettriku rinnovabbli fornuti lis-settur tat-trasport iwassal għal:
(i)
sehem ta’ enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija fis-settur tat-trasport ta’ mill-anqas 29 % sal-2030; jew
(ii)
tnaqqis fl-intensità tal-gassijiet serra ta’ mill-anqas 14,5 % sal-2030, meta mqabbel mal-linja bażi stabbilita fl-Artikolu 27(1), il-punt (b), f’konformità ma’ trajettorja indikattiva stabbilita mill-Istat Membru;
(b)
is-sehem kombinat ta’ bijokarburanti u bijogass avvanzati prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti A tal-Anness IX u tal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fl-enerġija fornuta lis-settur tat-trasport huwa mill-anqas 1 % fl-2025 u 5,5 % fl-2030, li minnhom sehem ta’ mill-anqas punt perċentwali hija mill-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fl-2030.
L-Istati Membri huma mħeġġa biex jiffissaw miri differenzjati għall-bijokarburanti avvanzati u għall-bijogass prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti A tal-Anness IX u għall-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fil-livell nazzjonali bil-għan li jiġi ssodisfat l-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu, b’tali mod li l-iżvilupp ta’ żewġ tipi ta’ karburanti jiġi promoss u estiż. L-Istati Membri li għandhom portijiet marittimi għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li, mill-2030, is-sehem tal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fl-ammont totali tal-enerġija fornut lis-settur tat-trasport marittimu jkun mill-anqas 1,2 %. Fir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tagħhom ippreżentati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija fis-settur tat-trasport, inkluż fis-settur tat-trasport marittimu, kif ukoll dwar it-tnaqqis fl-intensità tal-gassijiet serra tagħhom. Jekk il-lista ta’ materja prima stabbilita fil-Parti A tal-Anness IX tiġi emendata f’konformità mal-Artikolu 28(6), l-Istati Membri jistgħu jżidu s-sehem minimu tagħhom ta’ bijokarburanti u bijogass avvanzati prodotti minn dik il-materja prima fl-enerġija fornuta lis-settur tat-trasport kif meħtieġ.
|
|
Artikolu 25 2.
|
Għall-kalkolu tal-miri msemmijin fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u l-ishma msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), l-Istati Membri:
(a)
għandhom iqisu l-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika wkoll meta jintużaw bħala prodotti intermedji għall-produzzjoni ta’:
(i)
karburanti tat-trasport konvenzjonali; jew
(ii)
bijokarburanti, dment li t-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra miksub bl-użu ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika ma jiġux magħduda fil-kalkolu tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-bijokarburanti;
(b)
jistgħu jqisu l-bijogass injettat fl-infrastruttura nazzjonali ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni tal-gass.
|
|
Artikolu 25 3.
|
Għall-kalkolu tal-miri stipulati fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-Istati Membri jistgħu jqisu l-karburanti tal-karbonju riċiklat. Meta ifasslu l-obbligu dwar il-fornituri tal-karburanti, l-Istati Membri jistgħu:
(a)
jeżentaw lill-fornituri tal-karburanti li jfornu l-elettriku jew karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika mir-rekwiżit li jikkonformaw mas-sehem minimu ta’ bijokarburanti u bijogass avvanzati prodotti mill-materja prima elenkata fil-Parti A tal-Anness IX fir-rigward ta’ dawk il-karburanti;
(b)
jistabbilixxu l-obbligu permezz ta’ miżuri li jimmiraw lejn volumi, kontenut enerġetiku jew l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra;
(c)
jagħmlu distinzjoni bejn vetturi tal-enerġija differenti;
(d)
jagħmlu distinzjoni bejn is-settur tat-trasport marittimu u setturi oħra.
|
|
Artikolu 25 4.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu li jippermetti lill-fornituri tal-karburanti fit-territorju tagħhom jiskambjaw krediti għall-provvista ta’ enerġija rinnovabbli lis-settur tat-trasport. L-operaturi ekonomiċi li jfornu elettriku rinnovabbli lil vetturi elettriċi permezz ta’ punti pubbliċi tal-irriċarġjar għandhom jirċievu krediti, irrispettivament minn jekk l-operaturi ekonomiċi jkunux soġġetti għall-obbligu stabbilit mill-Istat Membru dwar il-fornituri tal-karburanti, u jistgħu jbigħu dawk il-krediti lill-fornituri tal-karburanti, li għandhom jitħallew jużaw il-krediti biex jissodisfaw l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri jistgħu jinkludu punti privati tal-irriċarġjar f’dak il-mekkaniżmu, dment li jista’ jintwera li l-elettriku rinnovabbli fornut lil dawk il-punti privati tal-irriċarġjar ikun ipprovdut unikament lill-vetturi elettriċi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|