+Artikolu 27 6.

Artikolu 27 6.

Meta l-elettriku jintuża għall-produzzjoni ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, direttament jew għall-produzzjoni ta’ prodotti intermedji, is-sehem medju ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli fil-pajjiż tal-produzzjoni, kif imkejjel sentejn qabel is-sena inkwistjoni, għandu jintuża biex jiġi ddeterminat is-sehem tal-enerġija rinnovabbli.

Madankollu, l-elettriku miksub minn konnessjoni diretta ma’ installazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli jista’ jingħadd bis-sħiħ bħala rinnovabbli fejn jintuża għall-produzzjoni ta’ karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika dment li l-installazzjoni:

(a) 

tibda taħdem wara, jew fl-istess ħin tal-installazzjoni li tipproduċi karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika; u

(b) 

ma tkunx konnessa mal-grilja, jew tkun konnessa mal-grilja iżda tkun tista’ tingħata evidenza li l-elettriku kkonċernat ikun ġie fornut mingħajr ma jkun ittieħed l-elettriku mill-grilja.

L-elettriku li ttieħed mill-grilja jista’ jingħadd bis-sħiħ bħala rinnovabbli sakemm ikun prodott esklużivament minn sorsi rinnovabbli u jkunu ntwerew il-proprjetajiet rinnovabbli u l-kriterji xierqa l-oħra, waqt li jiġi żgurat li l-karatteristiċi rinnovabbli ta’ dak l-elettriku jiġu magħduda darba biss u biss f’settur ta’ użu finali wieħed.

Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 35 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi metodoloġija tal-Unjoni li tiddefinixxi regoli dettaljati li bihom l-operaturi ekonomiċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni u fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Sal-1 ta’ Lulju 2028, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih tivvaluta l-impatt tal-metodoloġija tal-Unjoni stabbilita skont ir-raba’ subparagrafu, inkluż l-impatt tal-addizzjonalità u l-korrelazzjoni temporali u ġeografika fuq il-kostijiet ta’ produzzjoni, l-iffrankar fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u s-sistema tal-enerġija.

Dak ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jivvaluta, b’mod partikolari, l-impatt fuq id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ekonomika tal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika għas-setturi tal-industrija u tat-trasport u fuq il-kapaċità li l-Unjoni tilħaq il-miri tagħha marbuta mal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika filwaqt li titqies l-istrateġija tal-Unjoni għall-idroġenu importat u intern skont l-Artikolu 22a u, fl-istess ħin, titnaqqas sal-minimu ż-żieda fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur tal-elettriku u fis-sistema ġenerali tal-enerġija. Jekk dan ir-rapport jikkonkludi li r-rekwiżiti ma jirnexxilhomx jiżguraw biżżejjed d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ekonomika tal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika għas-setturi tal-industrija u tat-trasport u ma jikkontribwux b’mod sostanzjali għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija u għall-ilħuq tal-miri tal-Unjoni stabbiliti għall-2030 marbuta mal-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-metodoloġija tal-Unjoni u għandha, fejn xieraq, tadotta att delegat skont l-Artikolu 35 biex temenda tali metodoloġija, ħalli tforni l-aġġustamenti neċessarji rigward il-kriterji stabbiliti fit-tieni u fit-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu bil-għan li taġevola ż-żieda tal-industrija tal-idroġenu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.