|
+Artikolu 1 3. |
Artikolu 1 3.L-objettivi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jintlaħqu, fost l-oħrajn, billi:
(a)
jitħejjew, jiġu adottati u jiġu applikati b'mod uniformi l-atti meħtieġa kollha;
(b)
jittieħdu miżuri biex jittejbu l-istandards tas-sikurezza;
(c)
jiġi żgurat li d-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati maħruġa f'konformità ma' dan ir-Regolament, u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, ikunu validi u rikonoxxuti madwar l-Unjoni kollha, mingħajr ebda rekwiżit addizzjonali;
(d)
jiġu żviluppati, bl-involviment ta' korpi ta' standardizzazzjoni u korpi oħra tal-industrija, standards tekniċi dettaljati li għandhom jintużaw bħala mezz ta' konformità ma' dan ir-Regolament u mal-atti ta' implimentazzjoni u delegati adottati abbażi tiegħu, meta dan ikun xieraq;
(e)
tiġi stabbilita Aġenzija għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (l-“Aġenzija”) indipendenti;
(f)
jiġu implimentati b'mod uniformi l-atti meħtieġa kollha mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u mill-Aġenzija fl-oqsma ta' responsabbiltà rispettivi tagħhom;
(g)
tinġabar, tiġi analizzata u tiġi skambjata informazzjoni sabiex jiġi appoġġat it-teħid ta' deċiżjonijiet abbażi ta' evidenza;
(h)
jitwettqu inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni u ta' promozzjoni, fosthom taħriġ, komunikazzjoni u tqassim ta' informazzjoni rilevanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|