|
+Artikolu 2 7. |
Artikolu 2 7.L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw minn dan ir-Regolament id-disinn, il-manutenzjoni u l-operazzjoni ta' ajrudrom, u t-tagħmir relatat mas-sikurezza li jintuża f'dak l-ajrudrom, meta l-ajrudrom ikollu mhux aktar minn 10 000 passiġġier li jużaw trasport kummerċjali bl-ajru fis-sena u mhux aktar minn 850 moviment fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' merkanzija fis-sena, u bil-kondizzjoni li l-Istati Membri kkonċernati jiżguraw li eżenzjoni bħal din ma tipperikolax il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 33. Mid-data speċifikata f'dik id-deċiżjoni ta' eżenzjoni tal-Istat Membru, id-disinn, il-manutenzjoni u l-operazzjoni tal-ajrudrom ikkonċernat u t-tagħmir relatat mas-sikurezza u s-servizzi fuq l-art u l-AMS f'dak l-ajrudrom, ma għandhomx jibqgħu jkunu regolati minn dan ir-Regolament u mill-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. L-Istat Membru kkonċernat għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-Kummissjoni u l-Aġenzija bid-deċiżjoni ta' eżenzjoni tiegħu u r-raġuni għall-adozzjoni tagħha. Fejn il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat l-Aġenzija, tqis li tali eżenzjoni minn Stat Membru ma tikkonformax mal-kondizzjonijiet speċifikati fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-deċiżjoni tagħha dwar dan. Man-notifika ta' tali atti ta' implimentazzjoni lil Stat Membru kkonċernat, dak l-Istat Membru għandu mingħajr dewmien jimmodifika jew jirrevoka d-deċiżjoni ta' eżenzjoni tiegħu u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija b'dan. L-Istat Membri għandhom jinnotifikaw ukoll lill-Kummissjoni u l-Aġenzija bl-eżenzjonijiet li jkunu taw skont l-Artikolu 4(3b) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw, fuq bażi annwali, il-figuri tat-traffiku tal-ajrudromi li huma jkunu eżentaw skont dan il-paragrafu jew l-Artikolu 4(3b) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Meta dak l-eżami juri li, matul tliet snin konsekuttivi, wieħed minn dawk l-ajrudromi jkollu aktar minn 10 000 passiġġier tat-trasport kummerċjali bl-ajru fis-sena jew aktar minn 850 moviment fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' merkanzija fis-sena, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrevoka l-eżenzjoni ta' dak l-ajrudrom. F'dak il-każ, għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija kif xieraq. L- Aġenzija għandha tinkludi fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 74 d-deċiżjonijiet kollha tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri li jkunu ġew notifikati skont dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|