|
+Artikolu 2 11. |
Artikolu 2 11.Kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jkun ħa deċiżjoni ta' eżenzjoni skont il-paragrafu 8 li tirregola l-attivitajiet ta' disinn, produzzjoni, manutenzjoni u operazzjoni tal-inġenju tal-ajru li għalih tapplika dik id-deċiżjoni għandhom ikunu proporzjonati għan-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata u għandhom iqisu l-objettivi u l-prinċipji stipulati fl-Artikoli 1 u 4 rispettivament. L-Istat Membru li jkun ħa deċiżjoni ta' eżenzjoni skont il-paragrafu 8 għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-Kummissjoni u l-Aġenzija b'dik id-deċiżjoni u jipprovdilhom l-informazzjoni rilevanti kollha, u b'mod partikolari d-data li minnha tapplika dik id-deċiżjoni u l-kategorija ta' inġenji tal-ajru kkonċernata minnha. Stat Membru jista' jiddeċiedi li jimmodifika jew jirrevoka deċiżjoni ta' eżenzjoni li jkun ħa skont il-paragrafu 8. F'każijiet bħal dawn, għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija b'dan. L-Aġenzija għandha tinkludi fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 74 id-deċiżjonijiet kollha tal-Istati Membri li jkunu ġew innotifikati skont dan il-paragrafu. Deċiżjoni ta' eżenzjoni meħuda minn Stat Membru skont il-paragrafu 8 għandha tapplika wkoll għall-organizzazzjonijiet u l-persunal involut fl-attivitajiet ta' disinn, produzzjoni, manutenzjoni u operazzjoni li għalihom tapplika dik id-deċiżjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|