+Artikolu 4 2.

Artikolu 4 2.

Il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament għandhom jikkorrispondu u jkunu proporzjonati man-natura u mar-riskju ta' kull attività partikolari li magħha jkunu relatati. Fit-tħejjija u fit-tfassil ta' dawn il-miżuri, il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom iqisu, kif ikun jixraq għall-attività kkonċernata:

(a) 

jekk abbord ikunux qed jinġarru persuni oħra għajr l-ekwipaġġ tat-titjira, u b'mod partikolari jekk l-operazzjoni hijiex miftuħa għall-membri tal-pubbliku;

(b) 

sa liema punt partijiet terzi jew proprjetà fuq l-art tista' tkun ipperikolata mill-attività;

(c) 

il-kumplessità, il-prestazzjoni u l-karatteristiċi operazzjonali tal-inġenju tal-ajru involut;

(d) 

l-iskop tat-titjira, it-tip ta' inġenju tal-ajru u t-tip ta' spazju tal-ajru li jintuża;

(e) 

it-tip, l-iskala, u l-kumplessità tal-operazzjoni jew tal-attività, inkluż, meta dan ikun rilevanti, id-daqs u t-tip tat-traffiku mmaniġġat mill-organizzazzjoni jew mill-persuna responsabbli;

(f) 

sa liema punt il-persuni affettwati mir-riskji involuti fl-operazzjoni jistgħu jivvalutaw u jeżerċitaw kontroll fuq dawk ir-riskji;

(g) 

ir-riżultati tal-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza fil-passat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.