+Artikolu 17 Atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.

Artikolu 17 Atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1.

Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9 u l-konformità magħhom, għall-inġenji tal-ajru msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(1)), minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u l-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir mhux installat tagħhom, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulawdispożizzjonijiet dettaljati dwar:

(a) 

ir-regoli u l-proċeduri biex jinżammu ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 14 u fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2);

(b) 

ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-approvazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(2) u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn l-approvazzjonijiet ma għandhomx ikunu meħtieġa;

(c) 

ir-regoli u l-proċeduri għad-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(5), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn id-dikjarazzjonijiet ma jkunux meħtieġa;

(d) 

ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-liċenzji msemmija fl-Artikolu 16, u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn il-liċenzji ma jkunux meħtieġa;

(e) 

il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-approvazzjonijiet u l-liċenzji maħruġa skont l-Artikoli 15(2) u 16, u tal-organizzazzjonijiet li jagħmlu dikjarazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 15(5);

(f) 

ir-regoli u l-proċeduri għall-manutenzjoni ta' prodotti, parts u tagħmir mhux installat;

(g) 

ir-regoli u l-proċeduri għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenji tal-ajru;

(h) 

rekwiżiti addizzjonali ta' ajrunavigabbiltà għal prodotti, parts u tagħmir mhux installat, li d-disinn tagħhom diġà kien ġie ċċertifikat, li jkunu meħtieġa biex jappoġġaw it-titjib fl-ajrunavigabbiltà kontinwa u s-sikurezza.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).

Artikolu 17 2.
Meta tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9 u tqis kif xieraq ►C1  l-istandards u prattiki rakkomandati internazzjonali ◄ , b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-Annessi 1, 6 u 8 għall-Konvenzjoni ta' Chicago.
Artikolu 17 3.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, meta jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 1 dwar sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, ta' dak ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.