|
+Artikolu 17 1. |
Artikolu 17 1.Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9 u l-konformità magħhom, għall-inġenji tal-ajru msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(1)), minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u l-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir mhux installat tagħhom, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulawdispożizzjonijiet dettaljati dwar:
(a)
ir-regoli u l-proċeduri biex jinżammu ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 14 u fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2);
(b)
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-approvazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(2) u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn l-approvazzjonijiet ma għandhomx ikunu meħtieġa;
(c)
ir-regoli u l-proċeduri għad-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(5), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn id-dikjarazzjonijiet ma jkunux meħtieġa;
(d)
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-liċenzji msemmija fl-Artikolu 16, u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn il-liċenzji ma jkunux meħtieġa;
(e)
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-approvazzjonijiet u l-liċenzji maħruġa skont l-Artikoli 15(2) u 16, u tal-organizzazzjonijiet li jagħmlu dikjarazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 15(5);
(f)
ir-regoli u l-proċeduri għall-manutenzjoni ta' prodotti, parts u tagħmir mhux installat;
(g)
ir-regoli u l-proċeduri għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenji tal-ajru;
(h)
rekwiżiti addizzjonali ta' ajrunavigabbiltà għal prodotti, parts u tagħmir mhux installat, li d-disinn tagħhom diġà kien ġie ċċertifikat, li jkunu meħtieġa biex jappoġġaw it-titjib fl-ajrunavigabbiltà kontinwa u s-sikurezza. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|